It-tweġiba tal-Bibbja

L-isforzi tal-bniedem biex iġib il-paċi dinjija fallew u se jkomplu jfallu minħabba diversi raġunijiet:

  • Triq il-bniedem m’hijiex f’idejh. Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-passi tiegħu.” (Ġeremija 10:23) Il-bnedmin ma ġewx maħluqin bl-abbiltà jew id-dritt li jaħkmu lilhom infushom, u għalhekk ma jistgħux jiksbu paċi dejjiema.

  • Tpoġġux il-fiduċja tagħkom fin-nobbli, lanqas f’bin il-bniedem, li ma jistaʼ jsalva lil ħadd. L-ispirtu tiegħu joħroġ, u hu jerġaʼ lura lejn l-art; dakinhar ħsibijietu jgħibu.” (Salm 146:3, 4) Il-mexxejja tal-gvernijiet, saħansitra dawk li jkollhom intenzjonijiet tajbin, ma jistgħux isibu soluzzjonijiet dejjiema għal dak li verament jikkaġuna l-gwerra.

  • Fl-aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom. Għax in-nies ikunu . . . feroċi, mingħajr imħabba għat-tajjeb, tradituri, rashom iebsa, imkabbrin.” (2 Timotju 3:1-4) Aħna qed ngħixu “fl-aħħar jiem” taʼ din id-dinja mill-agħar, fi żmien meta l-attitudnijiet li naraw madwarna jagħmluha diffiċli biex ikun hawn il-paċi.

  • Gwaj għall-art u għall-baħar, għax ix-Xitan niżel għandkom u għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.” (Rivelazzjoni 12:12) Ix-Xitan, l-għadu t’Alla, twaddab fil-viċinanzi tal-art u jħajjar lin-nies biex ikollhom spirtu vjolenti bħalma għandu hu. Dment li hu jkun “il-ħakkiem taʼ din id-dinja,” qatt ma nistgħu ngħixu fil-paċi.—Ġwanni 12:31.

  • [Is-Saltna t’Alla] se tfarrak u ttemm dawn is-saltniet kollha [li jopponu lil Alla], u hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.” (Danjel 2:44) Is-Saltna t’Alla, u mhux kwalunkwe gvern uman, se tissodisfa x-xewqa tagħna għal paċi dinjija permanenti.—Salm 145:16.