Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Hi Marija omm Alla?

Hi Marija omm Alla?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Le, il-​Bibbja ma tgħallimx li Marija hi omm Alla, u lanqas ma tgħid li l-​Kristjani għandhom iqimu jew jaduraw lil Marija. * Ikkunsidra dan:

  • Marija qatt ma qalet li hi kienet omm Alla. Il-​Bibbja tispjega li hi welldet “l-​Iben taʼ Alla,” u mhux lil Alla nnifsu.—Marku 1:1, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija; Luqa 1:32.

  • Ġesù Kristu qatt ma qal li Marija kienet omm Alla jew li kellha tingħata xi devozzjoni speċjali. Fil-​fatt, meta waħda mara tat attenzjoni speċjali lill-​irwol taʼ ferħ taʼ Marija bħala omm Ġesù, hu kkoreġieha billi qal: “Le, pjuttost, henjin dawk li jisimgħu l-​kelma t’Alla u jħarsuha!”—Luqa 11:27, 28.

  • It-​termini “Omm Alla” u “Teotokos” (dik li wildet lil Alla) ma jinsabux fil-​Bibbja.

  • L-​espressjoni “sultana tas-​smewwiet” fil-​Bibbja, ma tirreferix għal Marija, imma għal alla mara falz li kienet tingħata qima minn Iżraelin apostati. (Ġeremija 44:15-​19) Is-​“sultana tas-​smewwiet” setgħet kienet Ixtar (Astarte), alla mara falz Babiloniż.

  • Il-​Kristjani tal-​bidu la kienu jaqdu lil Marija u lanqas ituha xi unur speċjali. Kittieb tal-​istorja jgħid li l-​Kristjani tal-​bidu “kienu jirrifjutaw li jagħtuha qima u probabbli kienu jibżgħu li attenzjoni żejda lil Marija setgħet tqajjem suspett li qed iqimu alla mara.”—In Quest of the Jewish Mary.

  • Il-​Bibbja tgħid li Alla minn dejjem eżista. (Salm 90:1, 2; Isaija 40:28) Ladarba Alla ma kellux bidu, ma jistax ikollu omm. Barra minn hekk, Marija ma setgħetx iżżomm lil Alla f’ġufha; il-​Bibbja tagħmilha ċara li lanqas is-​sema ma tesgħu.—1 Slaten 8:27.

Marija—Omm Ġesù u mhux “Omm Alla”

Marija kienet Lhudija mit-​twelid, u kienet dixxendenta b’mod dirett tas-​Sultan David. (Luqa 3:23-​31) Hi kienet favorita bil-​kbir minn Alla minħabba l-​fidi u d-​devozzjoni tagħha. (Luqa 1:28) Alla għażel lilha biex issir omm Ġesù. (Luqa 1:31, 35) Flimkien maʼ żewġha, Ġużeppi, Marija kellha tfal oħra.—Marku 6:3.

Għalkemm il-​Bibbja turi li Marija saret waħda mid-​dixxipli taʼ Ġesù, il-​Bibbja ma tagħtix ħafna iktar informazzjoni dwarha.—Atti 1:14.

^ par. 3 Diversi gruppi reliġjużi jgħallmu li Marija hi omm Alla. Huma forsi jirreferu għaliha bħala “Reġina tas-​Sema,” “Sultana tas-​Smewwiet,” jew Teotokos, kelma Griega li tfisser “dik li wildet lil Alla.”