Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’tgħid il⁠-⁠Bibbja dwar li tagħti?

X’tgħid il⁠-⁠Bibbja dwar li tagħti?

It⁠-⁠tweġiba tal⁠-⁠Bibbja

Il⁠-⁠Bibbja tinkuraġġixxi li nagħtu għax verament nixtiequ u biex nagħmlu dan bil⁠-⁠mottiv it⁠-⁠tajjeb. Turi wkoll li meta wieħed jagħti, mhux dak li jirċievi biss se jibbenefika imma wkoll dak li jkun ta. (Proverbji 11:25; Luqa 6:38) Ġesù qal: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”—⁠Atti 20:35.

 Li wieħed jagħti meta jagħmel lil Alla ferħan?

Li wieħed jagħti b’mod volontarju hu taʼ benefiċċju. Il⁠-⁠Bibbja tgħid: “Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil⁠-⁠ferħ.”—⁠2 Korintin 9:7.

Li nagħtu mill⁠-⁠qalb hu parti mill⁠-⁠“qima” li Alla japprova. (Ġakbu 1:27) Persuna li b’mod ġeneruż tgħin lil dawk fil⁠-⁠bżonn tkun qed taħdem spalla maʼ spalla m’Alla, li jqis ġenerożità bħal din bħallikieku qed tingħata lilu. (Proverbji 19:17) Il⁠-⁠Bibbja tgħallem li Alla nnifsu se jbierek lil min jagħti.—⁠Luqa 14:12⁠-⁠14.

 Li wieħed jagħti meta ma jagħmilx lil Alla ferħan?

Jekk jagħmel dan b’mottivi egoistiċi. Eżempji taʼ dan jinkludu:

Jekk l⁠-⁠għotja tintuża għal affarijiet li Alla jikkundanna. Pereżempju, ikun ħażin jekk tagħti l⁠-⁠flus lil xi ħadd biex jilgħabhom, għad⁠-⁠droga, jew biex jabbuża mill⁠-⁠alkoħol. (1 Korintin 6:9, 10; 2 Korintin 7:1) Bl⁠-⁠istess mod, ma jkunx xieraq li tagħti lil xi ħadd li jistaʼ jmantni lilu nnifsu finanzjarjament imma jirrifjuta li jagħmel dan.—⁠2 Tessalonikin 3:10.

Jekk iżżommna milli nwettqu bis⁠-⁠sħiħ ir⁠-⁠responsabbiltajiet li tana Alla. Il⁠-⁠Bibbja tgħallem li l⁠-⁠kapijiet tal⁠-⁠familja għandhom jipprovdu għall⁠-⁠bżonnijiet taʼ darhom. (1 Timotju 5:8) Ma jkunx sew jekk kap tal⁠-⁠familja jagħti tant lil oħrajn li tispiċċa tbati l⁠-⁠familja tiegħu stess. B’mod simili, Ġesù kkundanna lil dawk li rrifjutaw li jipprovdu għall⁠-⁠ġenituri mdaħħlin fiż⁠-⁠żmien billi qalu li dak kollu li kellhom kien “għotja dedikata lil Alla.”—⁠Marku 7:9⁠-⁠13.