Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

L-Ismijiet taʼ Min Huma fil-“Ktieb tal-Ħajja”?

L-Ismijiet taʼ Min Huma fil-“Ktieb tal-Ħajja”?

It-tweġiba tal-Bibbja

“Il-“ktieb tal-ħajja,” imsejjaħ ukoll “ir-romblu tal-ħajja” jew “ktieb it-tifkira,” fih l-ismijiet tan-nies li għandhom il-prospett li jirċievu l-premju taʼ ħajja taʼ dejjem. (Rivelazzjoni 3:5; 20:12; Malakija 3:16) Alla jiddetermina dawk l-ismijiet fuq il-bażi tal-ubbidjenza leali li individwu juri lejh.—Ġwanni 3:16; 1 Ġwanni 5:3.

Alla jżomm lill-qaddejja leali kollha tiegħu fil-memorja tiegħu, bħallikieku qed jikteb isimhom fi ktieb. Dan ilu jagħmlu mill-bidu tal-umanità, “sa mit-tisjis tad-dinja.” (Rivelazzjoni 17:8) Ir-raġel leali Abel jidher li kien l-ewwel wieħed li ismu tniżżel fil-ktieb tal-ħajja. (Ebrej 11:4) Iżda din mhijiex sempliċi lista taʼ ismijiet, għax il-ktieb tal-ħajja juri li Ġeħova huwa Alla taʼ mħabba li “jafhom lil dawk li huma tiegħu.”—2 Timotju 2:19; 1 Ġwanni 4:8.

Jistgħu l-ismijiet jitħassru “mill-ktieb tal-ħajja”?

Iva. Rigward in-nies diżubbidjenti f’Iżrael tal-qedem, Alla qal: “Kulmin dineb kontrija, inħassru mill-ktieb tiegħi.” (Eżodu 32:33) Imma jekk nagħtu prova li aħna leali, se nibqgħu fir-“romblu tal-ħajja.”—Rivelazzjoni 20:12.