Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Jistaʼ x-Xitan Jikkontrolla lin-Nies?

Jistaʼ x-Xitan Jikkontrolla lin-Nies?

It-tweġiba tal-Bibbja

Ix-Xitan u d-demonji tant jinfluwenzaw lill-bnedmin li l-Bibbja tgħid: “Id-dinja kollha qiegħda taħt il-qawwa tal-Ħażin.” (1 Ġwanni 5:19) Il-Bibbja tidentifika xi modi kif ix-Xitan juża din l-influwenza fuq in-nies.

  • Qerq. Il-Bibbja tinkuraġġixxi lill-Kristjani biex ‘iżommu sod kontra t-tnassis tax-Xitan.’ (Efesin 6:11) Waħda min-nases tiegħu hi li jqarraq bin-nies billi jġegħelhom jemmnu li l-aġenti tiegħu fil-fatt huma qaddejja t’Alla.​—2 Korintin 11:13-15.

  • Spiritiżmu. Ix-Xitan iqarraq bin-nies permezz taʼ medji tal-ispirti, uħud li jaqraw ix-xorti, u dawk li jipprattikaw it-teħbir jew l-astroloġija. (Dewteronomju 18:10-12) L-użu tad-drogi, l-ipnotiżmu, u tekniki tal-meditazzjoni li fihom dak li jkun ibattal moħħu wkoll jistgħu jwasslu biex l-individwu jinħakem mid-demonji.​—Luqa 11:24-26.

  • Reliġjon falza. Reliġjonijiet li jgħallmu duttrini foloz iqarrqu bin-nies biex b’hekk ma jobdux lil Alla. (1 Korintin 10:20) Twemmin falz bħal dan il-Bibbja ssejjaħlu “tagħlim tad-demonji.”​—1 Timotju 4:1.

  • Maħkumin mid-demonji. Il-Bibbja titkellem dwar ċerti każi li fihom spirti mill-agħar ħakmu lil individwi. Kultant, nies maħkumin mid-demonji f’daqqa waħda għamew jew immutaw jew saħansitra weġġgħu lilhom infushom.​—Mattew 12:22; Marku 5:2-5.

Kif tistaʼ tevita l-influwenza tax-Xitan

M’għandekx għalfejn tibżaʼ li se tinħakem mid-demonji, għax il-Bibbja turi kif jistaʼ jirnexxilek topponi lix-Xitan:

  • Tgħallem kif tagħraf il-metodi tax-Xitan biex ‘il-pjanijiet tiegħu tkun tafhom.’​—2 Korintin 2:11.

  • Ħu għarfien mill-Bibbja, u mbagħad applika dak li titgħallem. Li tapplika l-prinċipji tal-Bibbja se jipproteġik mill-influwenza tax-Xitan.​—Efesin 6:11-18.

  • Neħħi kull ħaġa li għandha x’taqsam mad-demonji. (Atti 19:19) Dan jinkludi mużika, kotba, rivisti, stampi, u vidjows li jippromwovu l-ispiritiżmu.