Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Il-logħob tal-ażżard huwa dnub?

Il-logħob tal-ażżard huwa dnub?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Għalkemm il-​Bibbja ma tiddiskutix il-​logħob tal-​ażżard fid-​dettall, mill-​prinċipji tal-​Bibbja nistgħu nifhmu li Alla jqis il-​logħob tal-​ażżard bħala dnub.—Efesin 5:17. *

  • Il-​logħob tal-​ażżard ġej mir-​regħba, xi ħaġa li Alla jobgħod. (1 Korintin 6:9, 10; Efesin 5:3, 5) Dawk li jilagħbu jittamaw li jiksbu l-​flus mit-​telf taʼ ħaddieħor, imma l-​Bibbja tikkundanna li xi ħadd jixxennaq għall-​affarijiet taʼ ħaddieħor.—Eżodu 20:17; Rumani 7:7; 13:9, 10.

  • Il-​logħob, anki għal ammonti żgħar, jistaʼ jqanqal l-​imħabba għall-​flus li hi qerrieda.—1 Timotju 6:9, 10.

  • Dawk li jilagħbu spiss jistrieħu fuq is-​superstizzjoni jew il-​fortuna. Però, twemmin bħal dan Alla jqisu bħala forma taʼ idolatrija, u din tmur kontra l-​qima tiegħu.—Isaija 65:11.

  • Minflok ma tippromwovi xewqa biex tikseb xi ħaġa mingħajr ma tagħmel xejn, il-​Bibbja tħeġġeġ lil dak li jkun biex jaħdem iebes. (Ekkleżjasti 2:24; Efesin 4:28) Dawk li jobdu l-​pariri tal-​Bibbja jistgħu “jieklu l-​ikel li jkunu ħadmu għalih huma stess.”—2 Tessalonikin 3:10, 12.

  • Il-​logħob tal-​ażżard jistaʼ jqanqal spirtu kompetittiv, li hu kkundannat fil-​Bibbja.—Galatin 5:26.

^ par. 3 Il-​logħob tal-​ażżard jissemma b’mod speċifiku fil-​Bibbja f’konnessjoni mas-​suldati Rumani li tefgħu x-​xorti jew ‘lagħbu’ għall-​ħwejjeġ taʼ Ġesù.—Mattew 27:35; Ġwanni 19:23, 24; Karm Żammit.