Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Il-ktieb tar-Rivelazzjoni—Xi jfisser?

Il-ktieb tar-Rivelazzjoni—Xi jfisser?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

L-​isem Grieg tal-​ktieb Bibliku tar-​Rivelazzjoni, Apokalipsis (apokalissi), ifisser “Kxif” jew “Ħaġa Mgħarrfa.” Dan l-​isem jagħti x’jifhem x’inhi t-​tifsira tar-​Rivelazzjoni—dan il-​ktieb jikxef affarijiet li kienu moħbijin u jagħmel magħruf ġrajjiet li kienu se jiġru ħafna żmien wara li nkiteb. Ħafna mill-​profeziji tiegħu għad iridu jitwettqu.

Ħarsa fuq fuq tal-​ktieb tar-​Rivelazzjoni

Affarijiet li jgħinuna nifhmu l-​ktieb tar-​Rivelazzjoni

  1. Il-​messaġġ tiegħu hu pożittiv u mhux tal-​biżaʼ jew tat-​twerwir għal dawk li jaqdu lil Alla. Filwaqt li ħafna jassoċjaw il-​kelma “apokalissi” maʼ xi diżastru kbir, il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jibda u jispiċċa billi jgħid li dawk li jaqraw, jifhmu, u japplikaw il-​messaġġ tiegħu se jkun henjin talli jagħmlu dan.​—Rivelazzjoni 1:3; 22:7.

  2. Il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni juża ħafna “sinjali,” jew simboli, li m’għandhomx jittieħdu letterali.​—Rivelazzjoni 1:1.

  3. Ħafna karattri u simboli ewlenin fil-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jissemmew qabel fil-​Bibbja:

  4. Il-​viżjonijiet japplikaw għal “jum il-​Mulej,” li beda meta twaqqfet is-​Saltna t’Alla fl-​1914 u meta Ġesù beda jaħkem bħala Sultan. (Rivelazzjoni 1:​10) Għalhekk, nistgħu nistennew li t-​twettiq ewlieni tar-​Rivelazzjoni se jkun fi żmienna.

  5. Sabiex nifhmu l-​ktieb tar-​Rivelazzjoni, għandna bżonn l-​istess affarijiet li jgħinuna nifhmu l-​kumplament tal-​Bibbja, inkluż l-​għerf mingħand Alla u l-​għajnuna taʼ dawk li diġà jifhmu s-​suġġett.​—Atti 8:​26-​39; Ġakbu 1:5.