Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Il-Bibbja Fiha Rekord Eżatt tal-Ħajja taʼ Ġesù?

Il-Bibbja Fiha Rekord Eżatt tal-Ħajja taʼ Ġesù?

It-tweġiba tal-Bibbja

Luqa, kittieb tal-Bibbja, qal hekk rigward ir-rakkont tiegħu dwar il-ħajja taʼ Ġesù: “Fittixt kollox mill-bidu b’eżattezza.”—Luqa 1:3.

Xi wħud isostnu li r-rakkonti dwar il-ħajja taʼ Ġesù bħalma huma mniżżlin fl-Evanġelji—il-kitbiet tal-kontemporanji tiegħu Mattew, Marku, Luqa, u Ġwanni—sar xi tibdil fihom f’xi żmien matul ir-rabaʼ seklu.

Madankollu, parti prezzjuża mill-Evanġelju taʼ Ġwanni nstabet fil-bidu tas-seklu 20. Issa hija magħrufa bħala l-Papyrus Rylands 457 (P52) u tinsab preservata f’John Rylands Library, Manchester, l-Ingilterra. Din fiha Ġwanni18:31-33, 37, 38 tal-Bibbji moderni.

Din hi l-eqdem parti minn manuskritt li hu magħruf tal-Iskrittura Griega Kristjana. Ħafna studjużi jemmnu li ġie miktub madwar is-sena 125 W.K., madwar 25 sena biss wara li nkiteb l-oriġinal. Il-kitba tal-parti mill-manuskritt taqbel kważi eżatt maʼ dik li nstabet fil-manuskritti iktar tard.