Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Tipprojbixxi l-Bibbja l-Pjaċir Sesswali?

Tipprojbixxi l-Bibbja l-Pjaċir Sesswali?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja ma tipprojbixxix il-pjaċir sesswali, minflok turi li hu għotja mingħand Alla għan-nies miżżewġin. Hu ħalaq lill-bnedmin “raġel u mara” u qies dak li għamel bħala li kien “tajjeb ħafna.” (Ġenesi 1:27, 31) Meta għaqqad lill-ewwel raġel u mara fiż-żwieġ, hu qal li kellhom “isiru ġisem wieħed.” (Ġenesi 2:24) Din l-għaqda inkludiet il-pjaċir taʼ intimità sesswali flimkien maʼ rabta emozzjonali mill-qrib.

Il-Bibbja tiddeskrivi l-pjaċir li l-irġiel miżżewġa jkollhom fiż-żwieġ b’dan il-kliem: “Ifraħ b’mart żgħożitek . . . Ħa tisker b’sidirha l-ħin kollu. Bi mħabbitha jalla tkun f’estasi dejjem.” (Proverbji 5:18, 19) L-intenzjoni t’Alla kienet ukoll li n-nisa miżżewġin igawdu l-pjaċir tas-sess. Il-Bibbja tgħid: “L-irġiel u n-nisa miżżewġin għandhom jissodisfaw il-bżonnijiet sesswali taʼ xulxin.”​—1 Korintin 7:3, God’s Word Bible.

Limiti fuq il-pjaċir sesswali

Alla ma jridx li jkun hemm relazzjonijiet sesswali barra ż-żwieġ, bħalma juri Ebrej 13:4: “Ħa jkun iż-żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-sodda taż-żwieġ bla tinġis, għax Alla jiġġudika liż-żienja u lill-adulteri.” Koppji miżżewġin għandhom ikunu leali lejn xulxin u jżommu l-wegħda tagħhom. L-akbar pjaċir tagħhom ma jiġix meta jissodisfaw lilhom infushom b’mod egoist, imma meta japplikaw il-prinċipju tal-Bibbja: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”—Atti 20:35.