It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja tgħid ċar u tond li “Alla jiġġudika liż-żienja” (Ebrej 13:4) Il-kelma Griega għal “żína,” por·nei′a, tinkludi s-sess qabel iż-żwieġ. Għalhekk, ikun ħażin f’għajnejn Alla li koppja li ma jkunux miżżewġin jgħixu flimkien—anki jekk ikollhom il-ħsieb li jiżżewġu iktar tard.

Xi ngħidu jekk koppja jkunu tassew jinħabbu? Alla xorta jirrikjedi li jiżżewġu qabel ma jagħmlu l-att sesswali. Kien Alla li ħalaqna bil-kapaċità li nħobbu. Il-kwalità primarja t’Alla hi l-imħabba. (1 Ġwanni 4:8) Għalhekk, hu għandu raġuni valida biex jinsisti li s-sess ikun att bejn il-koppji miżżewġin biss.