Mur fil-kontenut

In-Nies Għala Jmutu?

In-Nies Għala Jmutu?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Huwa naturali li taħseb dwar għala n-nies imutu, speċjalment meta jmutilna xi ħadd għażiż. Il-Bibbja tgħid: “It-tingiża li twassal għall-mewt hi d-dnub.”—1 Korintin 15:56.

In-nies kollha għala jidinbu u jmutu?

 L-ewwel bnedmin, Adam u Eva, tilfu ħajjithom minħabba li dinbu kontra Alla. (Ġenesi 3:17-19) Il-mewt kienet l-uniku riżultat li setaʼ jkollhom minħabba li rribellaw kontra Alla, għax hu “s-sors tal-ħajja.”—Salm 36:9; Ġenesi 2:17.

  Adam għadda d-difett tad-dnub lid-dixxendenti tiegħu kollha. Il-Bibbja tgħid: “Permezz taʼ bniedem wieħed id-dnub daħal fid-dinja, u permezz tad-dnub il-mewt, u b’hekk il-mewt infirxet fuq il-bnedmin kollha għax kollha dinbu.” (Rumani 5:12) In-nies kollha jmutu għaliex ilkoll jidinbu.​—Rumani 3:23.

Kif se titneħħa l-mewt

 Alla jwiegħed żmien meta hu se “jiblaʼ l-mewt għal dejjem.” (Isaija 25:8) Sabiex ineħħi l-mewt, jeħtieġ li jneħħi dak li qed jikkaġunaha, li hu d-dnub. Alla se jagħmel dan permezz taʼ Ġesù Kristu, li “jneħħi d-dnub tad-dinja.”—Ġwanni 1:29; 1 Ġwanni 1:7.