Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Tista’ l-Bibbja Tgħinni Jekk Jien Dipress?

Tista’ l-Bibbja Tgħinni Jekk Jien Dipress?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva, għax l-aqwa għajnuna tiġi mingħand “Alla, Li jfarraġ u jinkuraġġixxi u jserraħ u jferraħ lid-dipressi.”—2 Korintin 7:6, The Amplified Bible.

Dak li Alla jagħti biex jgħin lid-dipressi

  • Saħħa. Alla ‘jserrħek u jferrħek,’ mhux billi jneħħilek il-problemi kollha, imma billi jwieġeb it-talb tiegħek meta titlob għas-saħħa biex tkampa. (Filippin 4:13) Tistaʼ tkun ċert li hu lest li jisimgħek, għax il-Bibbja tgħid: “Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; u lil dawk bi spirtu miksur isalvahom.” (Salm 34:18) Infatti, Alla jistaʼ jisimgħek titlob l-għajnuna anki meta ma tkunx tistaʼ tesprimi dak li tkun qed tħoss.—Rumani 8:26, 27.

  • Eżempji tajbin. Kittieb wieħed tal-Bibbja talab lil Alla: “Mill-abbissi tad-disperazzjoni tiegħi sejjaħtlek.” Is-salmista kampa mad-dipressjoni tiegħu billi fakkar lilu nnifsu li Alla jrid jaħfrilna dnubietna. Infatti, hu qal lil Alla: “Kieku żżomm kont taʼ dnubietna, min jistaʼ ma jiġix ikkundannat? Imma int taħfrilna, sabiex nibżgħu minnek.”—Salm 130:1, 3, 4, Good News Translation.

  • Tama. Minbarra li jipprovdi faraġ issa, Alla wiegħed li se jneħħi l-problemi kollha li jwasslu għad-dipressjoni. Meta jwettaq din il-wegħda, “l-affarijiet taʼ qabel [inkluż id-dipressjoni] ma jitfakkrux, u lanqas ma jweġġgħu l-qalb.”—Isaija 65:17.

Nota: Waqt li jirrikonoxxu l-għajnuna li Alla jipprovdi, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jfittxu wkoll kura medika għall-mard bħalma hi d-dipressjoni klinika. (Marku 2:17) Madankollu, aħna ma nirrikkmandaw l-ebda kura medika; inħossu li kull persuna għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha stess fuq kwistjonijiet bħal dawn.