Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Alla Jgħix f’Xi Post Speċifiku?

Alla Jgħix f’Xi Post Speċifiku?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva. Alla jgħix f’post speċifiku—fis-smewwiet. Ikkunsidra dawn is-siltiet Bibliċi:

F’talba, is-Sultan Salamun qal: ‘Ismaʼ mis-smewwiet, il-post stabbilit fejn tgħammar.’—1 Slaten 8:43.

Ġesù Kristu għallem lid-dixxipli tiegħu jindirizzaw it-talb tagħhom lil “Missierna fis-smewwiet.”—Mattew 6:9.

Wara li Ġesù ġie rxoxtat daħal “fis-sema stess, biex issa jidher għalina quddiem il-persuna t’Alla.”—Ebrej 9:24.

Dawn il-versi jindikaw b’mod ċar li Alla Ġeħova huwa persuna reali u li ma jinsabx kullimkien, iżda biss fis-sema.