Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Dwar Xiex Nistaʼ Nitlob?

Dwar Xiex Nistaʼ Nitlob?

It-tweġiba tal-Bibbja

Tistaʼ titlob dwar kwalunkwe ħaġa li hi fi qbil mal-ħtiġijiet t’Alla kif imniżżlin fil-Bibbja. “Kulma nitolbuh skond ir-rieda tiegħu [t’Alla], hu jismagħna.” (1 Ġwanni 5:14) Tistaʼ ssemmi dak li jinkwieta lilek personalment? Iva. Il-Bibbja tgħid: “Ferrgħu qalbkom quddiemu [quddiem Alla].”—Salm 62:8.

Eżempji dwar xiex tistaʼ titlob

  • Fidi f’Alla.—Luqa 17:5.

  • L-ispirtu qaddis, jew il-forza attiva t’Alla, biex jgħinek tagħmel dak li hu tajjeb.—Luqa 11:13.

  • Saħħa biex tkampa mal-għawġ u tirreżisti t-tentazzjoni.—Filippin 4:13.

  • Paċi ġewwinija, jew kalma.—Filippin 4:6, 7.

  • Għerf biex tieħu deċiżjonijiet tajbin.—Ġakbu 1:5.

  • Għajnuna bil-bżonnijiet taʼ kuljum.—Mattew 6:11.

  • Maħfra tad-dnubiet.—Mattew 6:12.