Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’inhi l-bhima lewn l-iskarlat li tissemma f’Rivelazzjoni kapitlu 17?

X’inhi l-bhima lewn l-iskarlat li tissemma f’Rivelazzjoni kapitlu 17?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-bhima lewn l-iskarlat, deskritta f’Rivelazzjoni kapitlu 17, hi simbolu tal-organizzazzjoni li l-iskop tagħha hu li tgħaqqad u tirrappreżenta l-ġnus tad-dinja. L-ewwel kienet teżisti bħala l-Lega tan-Nazzjonijiet u issa hi l-Ġnus Magħquda.

Kif tidentifika l-bhima lewn l-iskarlat

  1. Entità politika. Il-bhima lewn l-iskarlat għandha “sebat irjus” u dawn jirrappreżentaw “sebaʼ muntanji” u “sebaʼ slaten,” jew qawwiet li jaħkmu. (Rivelazzjoni 17:9, 10) Fil-Bibbja, il-muntanji u l-bhejjem jintużaw bħala simboli taʼ gvernijiet.—Ġeremija 51:24, 25; Danjel 2:44, 45; 7:17, 23.

  2. Tixbah is-sistema politika dinjija. Il-bhima lewn l-iskarlat tixbah lill-bhima b’sebat irjus li tissemma f’Rivelazzjoni kapitlu 13, li tirrappreżenta s-sistema politika dinjija. Iż-żewġ bhejjem għandhom sebat irjus, għaxart iqrun, u ismijiet midgħija. (Rivelazzjoni 13:1; 17:3) Dan ix-xebh hu impressjonanti wisq biex jitqies kumbinazzjoni. Il-bhima lewn l-iskarlat hi xbieha, jew xebh, tas-sistema politika tad-dinja.—Rivelazzjoni 13:15.

  3. Qawwa minn ħakmiet oħrajn. Il-bhima lewn l-iskarlat ‘toħroġ minn’ qawwiet oħrajn li jaħkmu jew taf l-eżistenza tagħha lilhom.—Rivelazzjoni 17:11, 17.

  4. Biċċa waħda mar-reliġjonijiet. Babilonja l-Kbira, ir-reliġjonijiet foloz kollha tad-dinja, tpoġġi fuq il-bhima lewn l-iskarlat, u dan juri li l-bhima tiġi influwenzata minn gruppi reliġjużi.—Rivelazzjoni 17:3-5.

  5. Tiddiżonora lil Alla. Il-bhima hi “mimlija ismijiet midgħija.”—Rivelazzjoni 17:3.

  6. Temporanjament inattiva. Il-bhima lewn l-iskarlat kellha tkun fl-“abbiss,” * jew inattiva, għal xi żmien imma mbagħad kellha terġaʼ tqum.—Rivelazzjoni 17:8.

Titwettaq il-profezija tal-Bibbja

Ikkunsidra kif il-Ġnus Magħquda u dik taʼ qabilha, il-Lega tan-Nazzjonijiet, wettqu l-profezija tal-Bibbja dwar il-bhima lewn l-iskarlat.

  1. Entità politika. Il-Ġnus Magħquda tagħti appoġġ lis-sistema politika billi tappoġġa “s-sovranità ugwali tal-Membri kollha tagħha.” *

  2. Tixbah is-sistema politika dinjija. Fl-2011, il-Ġnus Magħquda żiedet magħha l-193 stat membru. B’hekk, din issostni li tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-ġnus u n-nies taʼ madwar id-dinja.

  3. Qawwa minn ħakmiet oħrajn. Il-Ġnus Magħquda taf l-eżistenza tagħha lill-ġnus li huma membri tagħha u għandha awtorità u qawwa biss kemm jagħtuha huma.

  4. Biċċa waħda mar-reliġjonijiet. Kemm il-Lega tan-Nazzjonijiet u kemm il-Ġnus Magħquda ngħataw appoġġ kontinwu mir-reliġjonijiet tad-dinja. *

  5. Tiddiżonora lil Alla. Il-Ġnus Magħquda ġiet stabbilita “biex iżżomm il-paċi u s-sigurtà mad-dinja kollha.” * Minkejja li din il-mira tistaʼ tidher bħala xi ħaġa taʼ min ifaħħarha, il-ĠM fil-fatt qed tiddiżonora lil Alla meta ssostni li qed tagħmel dan, għax din hi xi ħaġa li s-Saltna t’Alla biss se twettaqha.—Salm 46:9; Danjel 2:44.

  6. Temporanjament inattiva. Il-Lega tan-Nazzjonijiet, li ġiet stabbilita ftit wara l-Ewwel Gwerra Dinjija biex iżżomm il-paċi, ma setgħetx twaqqaf l-attakki mad-dinja kollha. Din ma baqgħetx taħdem meta bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1939. Fl-1945, wara li spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija, ġiet stabbilita l-Ġnus Magħquda. L-iskopijiet, il-metodi, u l-istruttura tagħha jixbhu ħafna lil dawk li kellha l-Lega tan-Nazzjonijiet.

^ par. 10 Skont Vine’s Expository Dictionary of Old and New Testament Words, il-kelma Griega li tiġi tradotta “abbiss” tiddeskrivi “fond li ma jistax jitkejjel.” L-Għaqda Biblika Maltija tittraduċi din il-kelma bħala “bir bla qiegħ.” Fil-Bibbja dan jirreferi għal post jew kundizzjoni limitata u inattività totali.

^ par. 13 Ara Artiklu 2 tad-Dokument tal-Ġnus Magħquda.

^ par. 16 Pereżempju, kunsill li jirrappreżenta diversi gruppi Protestanti fl-Amerika, fl-1918 qal li l-Lega kienet se tkun “l-espressjoni politika tas-saltna t’Alla fuq l-art.” Fl-1965, rappreżentanti tal-Buddiżmu, tal-Kattoliċiżmu, tal-Ortodossi tal-Lvant, tal-Ħinduiżmu, tal-Iżlam, tal-Ġudaiżmu, u tal-Protestantiżmu ngħaqdu flimkien f’San Francisco biex jappoġġaw u jitolbu għall-Ġnus Magħquda. U fl-1979, Papa Ġwanni Pawlu II esprima t-tama tiegħu li l-ĠM “tibqaʼ għal dejjem il-forum suprem tal-paċi u l-ġustizzja.”

^ par. 17 Ara Artiklu 1 tad-Dokument tal-Ġnus Magħquda.