Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Min hu l-antikrist?

Min hu l-antikrist?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

L-​antikrist mhuwiex persuna, organizzazzjoni, jew entità waħda, għax il-​Bibbja tgħid li hemm “ħafna antikristijiet.” (1 Ġwanni 2:18) Minflok, il-​kelma “antikrist,” li ġejja minn kelma Griega li tfisser “kontra (jew minflok) Kristu,” tirreferi għal dawk kollha li:

  • Jiċħdu li Ġesù hu l-​Kristu (il-​Messija) jew jiċħdu li hu l-​Iben t’Alla.​—1 Ġwanni 2:​22.

  • Jopponu lill-​Kristu, il-​Midluk t’Alla.​—Salm 2:​1, 2; Luqa 11:23.

  • Jagħmlu tabirruħhom li huma l-​Kristu.​—Mattew 24:24.

  • Jippersegwitaw lis-​segwaċi taʼ Kristu, ladarba dak li jagħmlu lilhom, Ġesù jqisu bħala li qed jagħmluh lilu.​—Atti 9:5.

  • B’mod falz isostnu li huma Kristjani, u fl-​istess ħin jagħmlu affarijiet ħżiena jew iqarrqu.​—Mattew 7:​22, 23; 2 Korintin 11:13.

Il-​Bibbja, minbarra li ssejjaħ antikrist lil individwi li jagħmlu dawn l-​affarijiet, tirreferi għalihom ukoll b’mod kollettiv bħala “l-​antikrist.” (2 Ġwanni 7) L-​antikrist deher l-​ewwel darba fi żmien l-​appostli u ilu attiv minn dakinhar ’l hawn. Il-​Bibbja bassret li kien se jkun hemm dan l-​iżvilupp.—1 Ġwanni 4:3.

Kif tidentifika l-​antikristijiet

  • Dawn jippromwovu ideat foloz dwar Ġesù. (Mattew 24:9, 11) Pereżempju, dawk li jgħallmu t-​Trinità jew li Ġesù hu Alla li Jistaʼ Kollox, fil-​fatt, ikunu qed jopponu t-​tagħlim taʼ Ġesù, li qal: “Il-​Missier akbar minni.”—Ġwanni 14:28.

  • L-​antikristijiet jiċħdu dak li Ġesù qal dwar kif taħdem is-​Saltna t’Alla. Pereżempju, xi mexxejja reliġjużi jgħidu li Kristu jaħdem permezz taʼ gvernijiet umani. Però, dan it-​tagħlim jikkontradixxi lil Ġesù, li qal: “Is-​saltna tiegħi mhix parti minn din id-​dinja.”—Ġwanni 18:36.

  • Huma jgħidu li Ġesù hu l-​Mulej tagħhom, imma ma jobdux il-​kmandi tiegħu, inkluż il-​kmand biex imorru jippritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna.—Mattew 28:19, 20; Luqa 6:46; Atti 10:42.