Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Alla Ħalqu lix-Xitan?

Alla Ħalqu lix-Xitan?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja turi li Alla ma ħalaqx lix-Xitan. Minflok, Hu ħalaq lill-persuna li saret ix-Xitan. Rigward Alla, il-Bibbja tgħid: “Perfett għemilu, għax triqatu kollha huma ġustizzja. Alla taʼ fedeltà, li miegħu m’hemm ebda inġustizzja; ġust u rett hu.” (Dewteronomju 32:3-5) Minn din l-istqarrija, nistgħu nikkonkludu li Satana x-Xitan xi darba kien perfett u ġust, u kien wieħed mill-ulied anġeliċi t’Alla.

Fi Ġwanni 8:44, Ġesù qal li x-Xitan “ma żammx sħiħ fil-verità,” u b’hekk kien qed jimplika li Satana xi darba kien jgħid il-verità u kien bla ħtija.

Madankollu, bħall-bqija tal-ħlejjaq intelliġenti taʼ Ġeħova, l-anġlu li sar Satana kellu l-libertà li jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin. Bl-għażla tiegħu li kienet tmur kontra Alla u peress li ħajjar lill-ewwel koppja umana biex tingħaqad miegħu, hu għamel lilu nnifsu Satana, li jfisser “Wieħed li jirreżisti.”—Ġenesi 3:1-5; Rivelazzjoni 12:9.