Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Il-Bibbja Tgħid Xi Ħaġa Dwar l-Abort?

Il-Bibbja Tgħid Xi Ħaġa Dwar l-Abort?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-ħajja hi sagra għal Alla, u hu jqis saħansitra embriju bħala esseri uman individwali. Dwar Alla, is-Sultan David ġie mnebbaħ biex jikteb: “Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju.” (Salm 139:16) Alla qal li jintalab kont minn persuna li tkun għamlet ħsara lil tarbija mhix imwielda. Għalhekk, mill-ħarsa tiegħu, l-abort taʼ tarbija mhix imwielda xorta huwa qtil.—Eżodu 20:13; 21:22, 23.

Iżda xi ngħidu jekk tinqalaʼ xi sitwazzjoni taʼ emerġenza waqt il-ħlas u l-koppja jkollhom jagħżlu bejn li jħallu l-omm jew it-tarbija ħajja? F’dak il-każ, il-koppja jkollha tiddeċiedi liema ħajja se tipprova ssalva.