Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’inhuma l⁠-⁠Għaxar Kmandamenti t’Alla?

X’inhuma l⁠-⁠Għaxar Kmandamenti t’Alla?

It⁠-⁠tweġiba tal⁠-⁠Bibbja

L⁠-⁠Għaxar Kmandamenti huma liġijiet li Alla ta lill⁠-⁠ġens taʼ Iżrael tal⁠-⁠qedem. Dawn il⁠-⁠liġijiet huma magħrufin ukoll bħala l⁠-⁠Għaxar Kelmiet. Din il⁠-⁠frażi hi traduzzjoni letterali tal⁠-⁠espressjoni Ebrajka ʽaseret hadvarimʹ. Din l⁠-⁠espressjoni tidher tliet darbiet fil⁠-⁠Pentatewku (Tora), l⁠-⁠ewwel ħames kotba tal⁠-⁠Bibbja. (Eżodu 34:28; Dewteronomju 4:13; 10:4) Mill⁠-⁠espressjoni ekwivalenti bil⁠-⁠Grieg, dika (għaxra) logus (kliem), ħareġ it⁠-⁠terminu “Dekalogu.”

Alla kiteb l⁠-⁠Għaxar Kmandamenti fuq żewġ twavel tal⁠-⁠ġebel u tahom lill⁠-⁠profeta tiegħu Mosè fuq il⁠-⁠Muntanja Sinaj. (Eżodu 24:12⁠-⁠18) L⁠-⁠Għaxar Kmandamenti nsibuhom f’​Eżodu 20:​1⁠-⁠17 u f’​Dewteronomju 5:​6⁠-⁠21.

 Lista tal⁠-⁠Għaxar Kmandamenti

  1. Qim biss lil Alla Ġeħova.—⁠Eżodu 20:3.

  2. Tagħmilx idoli u tadurahomx.—⁠Eżodu 20:4⁠-⁠6.

  3. Tużax l⁠-⁠isem t’Alla b’mod ħażin.—⁠Eżodu 20:7.

  4. Ħares is⁠-⁠Sabat.—⁠Eżodu 20:8⁠-⁠11.

  5. Onora lill⁠-⁠ġenituri tiegħek.—⁠Eżodu 20:12.

  6. La toqtolx.—⁠Eżodu 20:13.

  7. La tagħmilx adulterju.—⁠Eżodu 20:14.

  8. La tisraqx.—⁠Eżodu 20:15.

  9. La tixhidx falz.—⁠Eżodu 20:16.

  10. La tixxennaqx b’għira għall⁠-⁠affarijiet taʼ ħaddieħor.—⁠Eżodu 20:17.

 Il⁠-⁠listi tal⁠-⁠Għaxar Kmandamenti għala jvarjaw?

Il⁠-⁠Bibbja ma tagħmilx numru maʼ kull kmandament. Minħabba f’hekk, hemm opinjonijiet differenti dwar f’liema ordni għandhom ikunu l⁠-⁠kmandamenti. Il⁠-⁠lista t’hawn fuq hi arranġament komuni taʼ dawn il⁠-⁠liġijiet. Madankollu, xi listi tal⁠-⁠Għaxar Kmandamenti jvarjaw. Id⁠-⁠differenzi jinvolvu l⁠-⁠ewwel, it⁠-⁠tieni, u l⁠-⁠aħħar kmandament. *

 X’kien l⁠-⁠iskop tal⁠-⁠Għaxar Kmandamenti?

L⁠-⁠Għaxar Kmandamenti kienu parti mil⁠-⁠Liġi Mosajka. Din il⁠-⁠kodiċi tal⁠-⁠Liġi kienet tinkludi iktar minn 600 kmandament u dawn kienu t⁠-⁠termini t’arranġament, jew patt, bejn Alla u l⁠-⁠ġens taʼ Iżrael tal⁠-⁠qedem. (Eżodu 34:27) Alla wiegħed lill⁠-⁠poplu taʼ Iżrael li jekk jobdu l⁠-⁠Liġi Mosajka kienu se jiġu mberkin. (Dewteronomju 28:1⁠-⁠14) Però, l⁠-⁠iskop prinċipali tal⁠-⁠liġi kien biex jipprepara lill⁠-⁠Iżraelin għall⁠-⁠Messija mwiegħed, jew għal Kristu.—⁠Galatin 3:24.

 Għandhom il⁠-⁠Kristjani jżommu mal⁠-⁠Għaxar Kmandamenti?

Le. Alla ta l⁠-⁠Liġi tiegħu, inkluż l⁠-⁠Għaxar Kmandamenti, speċifikament lill⁠-⁠ġens taʼ Iżrael tal⁠-⁠qedem. (Dewteronomju 5:2, 3; Salm 147:19, 20) Il⁠-⁠Liġi Mosajka mhijiex obbligatorja għall⁠-⁠Kristjani, u saħansitra l⁠-⁠Kristjani Lhud kienu ‘meħlusin mil⁠-⁠Liġi.’ (Rumani 7:6) * “Il⁠-⁠liġi tal⁠-⁠Kristu,” li tinkludi dak kollu li Ġesù qal lis⁠-⁠segwaċi tiegħu biex jagħmlu, ħadet post il⁠-⁠Liġi Mosajka.—⁠Galatin 6:2; Mattew 28:19, 20.

 Għadhom l⁠-⁠Għaxar Kmandamenti jgħoddu għal żmienna?

Iva. Għax l⁠-⁠Għaxar Kmandamenti juru l⁠-⁠ħarsa t’Alla, u għalhekk aħna nistgħu nibbenefikaw jekk nistudjawhom. (2 Timotju 3:16, 17) L⁠-⁠Għaxar Kmandamenti huma bbażati fuq prinċipji taʼ min joqgħod fuqhom u li dejjem jibqgħu jgħoddu. (Salm 111:7, 8) Infatti, ħafna minn dawn il⁠-⁠prinċipji huma l⁠-⁠bażi għat⁠-⁠tagħlim taʼ dak li spiss hu magħruf bħala t⁠-⁠Testment il⁠-⁠Ġdid.—⁠Ara “ Prinċipji mill⁠-⁠Għaxar Kmandamenti li nsibuhom fit⁠-⁠Testment il⁠-⁠Ġdid.”

Ġesù għallem li l⁠-⁠Liġi Mosajka kollha, inkluż l⁠-⁠Għaxar Kmandamenti, kienet ibbażata fuq żewġ kmandamenti fundamentali. Hu qal: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.’ Dan hu l⁠-⁠akbar u l⁠-⁠ewwel kmandament. It⁠-⁠tieni jixbhu u hu dan, ‘Ħobb lill⁠-⁠proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’ Fuq dawn iż⁠-⁠żewġ kmandamenti żżomm il⁠-⁠Liġi kollha.” (Mattew 22:34⁠-⁠40) B’hekk, għalkemm il⁠-⁠Kristjani mhumiex mistennija li jobdu l⁠-⁠Liġi Mosajka, huma kkmandati biex iħobbu lil Alla u lill⁠-⁠proxxmu tagħhom.—⁠Ġwanni 13:34; 1 Ġwanni 4:20, 21.

  Prinċipji mill⁠-⁠Għaxar Kmandamenti li nsibuhom fit⁠-⁠Testment il⁠-⁠Ġdid

Prinċipju

Referenza fit⁠-⁠Testment il⁠-⁠Ġdid

Qim biss lil Alla Ġeħova

Rivelazzjoni 22:​8, 9

Tagħmilx idoli u tadurahomx

1 Korintin 10:14

Onora l⁠-⁠isem t’Alla

Mattew 6:9

Qim lil Alla regolarment

Ebrej 10:24, 25

Onora lill⁠-⁠ġenituri tiegħek

Efesin 6:​1, 2

La toqtolx

1 Ġwanni 3:​15

La tagħmilx adulterju

Ebrej 13:4

La tisraqx

Efesin 4:​28

La tixhidx falz

Efesin 4:​25

La tixxennaqx b’għira għall⁠-⁠affarijiet taʼ ħaddieħor

Luqa 12:15

^ par. 23 L⁠-⁠arranġament tradizzjonali tal⁠-⁠Lhud ‘jagħmel Eżodu 20 vers 2 l⁠-⁠ewwel “kelma,” jiġifieri l⁠-⁠ewwel kmandament, u versi 3⁠-⁠6 huma meqjusin bħala wieħed; jiġifieri, it⁠-⁠tieni.’ (The Jewish Encyclopedia) Mill⁠-⁠banda l⁠-⁠oħra, il⁠-⁠Kattoliċi jikkunsidraw l⁠-⁠ewwel sitt versi taʼ Eżodu kapitlu 20 bħala kmandament wieħed. B’hekk, il⁠-⁠kmand biex ma jiġix diżonorat l⁠-⁠isem t’Alla jiġi t⁠-⁠tieni kmandament. Biex xorta jżommu l⁠-⁠istess numru taʼ kmandamenti, huma jaqsmu l⁠-⁠aħħar kmandament f’żewġ liġijiet separati—⁠la tixtieqx nisa tal⁠-⁠oħrajn u la tixtieqx ħwejjeġ tal⁠-⁠oħrajn.

^ par. 27 Rumani 7:7 juża l⁠-⁠għaxar kmandament bħala eżempju tal⁠-⁠“Liġi,” u dan jagħti prova li l⁠-⁠Liġi Mosajka kienet tinkludi l⁠-⁠Għaxar Kmandamenti.