Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

LEZZJONIJIET PERMEZZ TA' VIDJOW

Introduzzjonijiet għall-kotba tal-Bibbja

Dawn il-​vidjows qosra fihom informazzjoni taʼ valur dwar il-​background u l-​kontenut tal-​kotba tal-​Bibbja. Uża dawn il-​lezzjonijiet biex isebbaħ il-​qari u l-​istudju tal-​Bibbja tiegħek.

Introduzzjoni għal Esdra

Ġeħova jżomm il-wegħdi li għamel li jeħles lin-nies tiegħu mill-eżilju f’Babilonja u li jirrestawra l-qima vera f’Ġerusalemm.

Introduzzjoni għal Neħemija

Il-ktieb Bibliku taʼ Neħemija jipprovdi lezzjonijiet importanti għall-aduraturi veri llum

Introduzzjoni għal Ester

Il-ġrajjiet drammatiċi fi żmien Ester se jsaħħu l-fidi tiegħek fl-abbiltà li għandu Alla Ġeħova li jeħles lill-poplu tiegħu mill-provi llum.

Introduzzjoni għal Ġob

Dawk kollha li jħobbu lil Ġeħova se jgħaddu minn provi. Dan ir-rakkont jurina li nistgħu nżommu l-integrità tagħna u nappoġġaw is-sovranità taʼ Ġeħova.

Introduzzjoni għas-Salmi

Is-salmi jappoġġja s-sovranità taʼ Ġeħova, jgħin u jfarraġ lil dawk li jħobbuh, u juri kif id-dinja se tinbidel permezz tas-Saltna tiegħu.

Introduzzjoni għall-Proverbji

Ikseb gwida divina għal kull aspett tal-ħajja—minn affarijiet taʼ negozju sal-familja.

Introduzzjoni għall-Ekkleżjasti

Is-Sultan Salamun enfasizza l-affarijiet li huma tassew importanti fil-ħajja u għamel kuntrast bejnhom u bejn l-affarijiet li ma jaqblux mal-għerf divin.

Introduzzjoni għall-Għanja taʼ Salamun

L-imħabba dejjiema li kellha tfajla Sulamija għal ragħaj żagħżugħ hi deskritta bħala “l-fjamma taʼ Jah.” Għala?

Introduzzjoni għal Isaija

Fil-​ktieb taʼ Isaija nsibu profeziji li twettqu bi preċiżjoni. Dawn jistgħu jsaħħulek il-​fiduċja tiegħek f’Ġeħova bħala Dak li jwettaq il-​wegħdi tiegħu u l-​Alla tas-​salvazzjoni tagħna.

Introduzzjoni għal Ġeremija

Ġeremija b’mod leali baqaʼ fl-inkarigu tiegħu bħala profeta minkejja li bata. Aħseb dwar x’jistaʼ jfisser l-eżempju tiegħu għall-Kristjani tal-lum.

Introduzzjoni għal-Lamentazzjonijiet

Dan il-ktieb, li hu miktub mill-profeta Ġeremija, jesprimi n-niket minħabba l-qerda taʼ Ġerusalemm u juri kif l-indiema twassal għall-ħniena divina.

Introduzzjoni għal Eżekjel

Eżekjel b’umiltà u kuraġġ wettaq kull inkarigu li tah Alla, kien kemm kien diffiċli. Hu ħallielna eżempju imprezzabbli.

Introduzzjoni għal Danjel

Danjel u sħabu baqgħu leali lejn Ġeħova f’kull ċirkustanza. L-eżempju tagħhom u t-twettiq tal-profeziji jistgħu jkunu taʼ benefiċċju għalina issa, fiż-żmien tat-tmiem.

Introduzzjoni għal Ħosea

Il-profeziji taʼ Ħosea fihom lezzjonijiet importanti għalina llum rigward il-ħniena taʼ Ġeħova lejn dawk li jindmu mill-ħażen tagħhom u x’tip taʼ qima jeħtieġ minna.

Introduzzjoni għal Ġoel

Ġoel ipprofetizza dwar il-jum li riesaq taʼ Ġeħova u semma xi rridu nagħmlu biex nibqgħu ħajjin. Il-profezija tiegħu hi iktar urġenti għalina llum.

Introduzzjoni għal Għamos

Ġeħova ta xogħol importanti lil dan ir-raġel umli. Liema lezzjonijiet taʼ valur nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Għamos?

Introduzzjoni għal Għobadija

Hu l-iqsar ktieb tal-Iskrittura Ebrajka. Il-profezija tagħti tama u twiegħed li s-saltna taʼ Ġeħova se tagħti prova li hi ġusta.

Introduzzjoni għal Ġona

Il-profeta aċċetta l-​korrezzjoni, wettaq l-inkarigu tiegħu, u tgħallem lezzjoni imprezzabbli dwar l-imħabba leali u l-ħniena taʼ Ġeħova. L-​esperjenzi tiegħu se jilħqulek qalbek.

Introduzzjoni għal Mikea

Din il-profezija ispirata minn Alla tistaʼ ssaħħaħ il-fiduċja tagħna li Ġeħova jitlob minna biss dak li hu raġunevoli u taʼ benefiċċju għalina.

Introduzzjoni għal Ħabakkuk

Nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova dejjem jaf meta jkun l-aħjar ħin biex isalva l-poplu tiegħu u kif jagħmel dan bl-aħjar mod.

Introduzzjoni għal Sofonija

Għala rridu noqogħdu attenti biex ma naħsbux li l-jum taʼ ġudizzju taʼ Ġeħova mhux se jasal?

Introduzzjoni għal Ħaggaj

Il-profezija tenfasizza kemm hu importanti li npoġġu l-​qima t’Alla qabel l-​interessi persunali.

Introduzzjoni għal Żakkarija

Għadd kbir taʼ viżjonijiet u profeziji saħħew il-poplu t’Alla fil-passat. L-istess profeziji jkomplu jaċċertawna li Ġeħova jappoġġana llum.

Introduzzjoni għal Malakija

Malakija hu profezija dwar il-prinċipji, il-ħniena, u l-imħabba taʼ Ġeħova li ma jinbidlu qatt. Fil-profezija nsibu wkoll lezzjonijiet importanti għas-sitwazzjonijiet taʼ żmienna.

Introduzzjoni għal Mattew

Ħu pjaċir titgħallem fatti bażiċi dwar dan il-ktieb mill-Bibbja, l-ewwel mill-erbaʼ Evanġelji.

Introduzzjoni għal Marku

Ir-rakkont taʼ Marku hu l-iqsar mill-erbaʼ Evanġelji u jagħtina ħarsa ħafifa tat-tmexxija taʼ Ġesù fil-futur bħala s-Sultan tas-Saltna t’Alla.

Introduzzjoni għal Luqa

Liema informazzjoni nsibu biss fl-​Evanġelju taʼ Luqa?

Introduzzjoni għal Ġwanni

Ir-rakkont taʼ Ġwanni jenfasizza l-imħabba taʼ Ġesù għall-bnedmin, l-eżempju tiegħu t’umiltà, u l-identità tiegħu bħala l-Messija—is-Sultan futur tas-Saltna t’Alla.

Introduzzjoni għall-Atti tal-Appostli

Il-Kristjani tal-bidu ħadmu iebes biex jagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha. Il-ktieb Bibliku tal-Atti jistaʼ jżid iż-żelu u l-entużjażmu tiegħek għall-ministeru.

Introduzzjoni għar-Rumani

Direzzjoni ispirata rigward l-imparzjalità taʼ Ġeħova u dwar kemm hu importanti li jkollna fidi f’Ġesù Kristu.

Introduzzjoni għall⁠-⁠1 Korintin

L⁠-⁠ittra taʼ Pawlu tinkludi pariri ispirati dwar l⁠-⁠unità, l⁠-⁠indafa morali, l⁠-⁠imħabba, u t⁠-⁠twemmin fl⁠-⁠irxoxt.

Introduzzjoni għat-2 Korintin

Ġeħova, “l-Alla taʼ kull faraġ,” isaħħaħ u jsostni l-qaddejja tiegħu.

Introduzzjoni għall-Galatin

L-ittra taʼ Pawlu lill-Galatin għadha tgħodd għal-lum daqskemm kienet tgħodd meta nkitbet. Tistaʼ tgħin lill-Kristjani veri kollha jibqgħu fil-fidi.

Introduzzjoni għall-Efesin

Din l-ittra ispirata tenfasizza l-iskop t’Alla biex iġib il-paċi u l-unità permezz taʼ Ġesù Kristu.

Tgħallem Iktar

KOTBA U BROWXERS

Il-Bibbja—X’inhu L-Messaġġ Tagħha?

X’inhu l-messaġġ ewlieni tal-Bibbja?