Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ideat kif tistaʼ taqra l⁠-⁠Bibbja

Ideat kif tistaʼ taqra l⁠-⁠Bibbja

Il⁠-⁠Bibbja fiha l⁠-⁠aqwa tagħlim dwar il⁠-⁠ħajja. Jekk taqra u timmedita fuqha b’mod regolari u tgħix fi qbil maʼ dak li titgħallem, int “se tirnexxi” fil⁠-⁠ħajja. (Ġożwè 1:8; Salm 1:1⁠-⁠3) Barra minn hekk, dak li titgħallem se jgħinek issir taf lil Alla u lil Ibnu, Ġesù, u dan jistaʼ jwasslek biex tgħix għal dejjem.—⁠Ġwanni 17:3.

Hemm iktar minn mod wieħed kif tistaʼ taqra l⁠-⁠kotba tal⁠-⁠Bibbja. Permezz tal⁠-⁠għajnuna taʼ din l⁠-⁠Iskeda tal⁠-⁠qari tal⁠-⁠Bibbja, int tistaʼ taqra l⁠-⁠kotba tal⁠-⁠Bibbja skont kif jidhru wara xulxin jew tagħżel kategorija. Pereżempju, tistaʼ tagħżel kapitli partikolari biex taqra dwar ir⁠-⁠relazzjoni taʼ Ġeħova mal⁠-⁠Iżraelin fi żmien il⁠-⁠qedem u dwar kif tratta magħhom matul is⁠-⁠snin. Jew tistaʼ taqra kapitli magħżulin oħra biex issir taf kif il⁠-⁠kongregazzjoni Kristjana tal⁠-⁠ewwel seklu ffurmat u kibret matul is⁠-⁠snin. Jekk taqra ftit kapitli kuljum, tkun tistaʼ taqra l⁠-⁠Bibbja f’sena.

Din l⁠-⁠iskeda tistaʼ tgħinek kemm jekk tixtieq li taqra l⁠-⁠Bibbja kuljum, taqraha f’sena, jew għadek se tibda taqraha. Niżżel din l⁠-⁠Iskeda tal⁠-⁠qari tal⁠-⁠Bibbja li tistaʼ tiġi pprintjata u ibda użaha mil⁠-⁠lum.