Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Kif Nistaʼ Nsib il-Ħin Biex Nagħmel Dan il-Ħowmwerk Kollu?

Kif Nistaʼ Nsib il-Ħin Biex Nagħmel Dan il-Ħowmwerk Kollu?

Dak li tistaʼ tagħmel

Sib post fejn tistaʼ tistudja. M’għandux ikun hemm xi jtellfek. Jekk inhu possibbli, uża skrivanija. Tixgħelx it-televixin.

Il-ħin hu bħala żiemel salvaġġ—trid titgħallem iżżommlu r-riedni

Agħmel il-prijoritajiet. Ladarba x-xogħol tal-iskola hu importanti, kun determinat li tagħmel lilu l-ewwel.

Toqgħodx titnikker. Ħejji skeda fissa għall-ħowmwerk tiegħek u żomm magħha.

Ħejji pjan. Iddeċiedi liema ħowmwerk għandek tagħmel l-ewwel, it-tieni, eċċetra. Agħmel lista taʼ dawn fuq karta, u ikteb kemm ħa ddum biex tlesti kull wieħed. Aqtaʼ kull wieħed hekk kif tlestih.

Kultant ieqaf ftit. Jekk wara ftit tal-ħin ma tkunx tistaʼ tikkonċentra, ieqaf għal ftit ħin. Imma erġaʼ kompli l-ħowmwerk malajr kemm jistaʼ jkun.

Afda fik innifsek. Ftakar, id-differenza bejn studenta tajba u studenta batuta spiss għandha iktar x’taqsam mad-diliġenza milli mal-intelliġenza. (Proverbji 10:4) Tistaʼ tirnexxi fl-iskola. Agħmel sforz u taħsad il-barkiet.