Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kif Nista’ Ma Nibqax Nitnikker?

Kif Nista’ Ma Nibqax Nitnikker?

Xbajt dejjem tħalli x-xogħol u l-ħowmwerk għall-aħħar? Għandek bżonn tieqaf titnikker! Dan l-artiklu se jgħinek f’dan, anke meta:

Wara li taqra dan l-artiklu, agħmel il- kwizz dwar it-tnikkir.

Il-Bibbja tiddeskrivi l-konsegwenza tat-tnikkir. Din tgħid: “Min joqgħod għassa tar-riħ ma jiżrax; u min joqgħod iħares lejn is-sħab ma jaħsadx.”—Ekkleżjasti 11:4.

Ikkunsidra xi fatturi li jistgħu jikkontribwixxu għall-problema u x’tistaʼ tagħmel int biex ma tibqax titnikker.

 Il-biċċa xogħol tkun tidher impossibbli.

Ejja ngħiduha kif inhi—kultant biċċa xogħol tant tkun tidher kbira li jkun iktar faċli tħalliha għal imbagħad. Dawn huma xi suġġerimenti aħjar:

  • Aqsam il-proġett f’passi żgħar. Tfajla jisimha Melissa tgħid: “Anke jekk inkun naf li qiegħda lura ħafna, nipprova nlaħħaq billi nagħmel kollox ħaġa ħaġa.”

  • Titlifx ħin. Ibda malli tingħata xi biċċa xogħol, anke jekk dan sempliċement ikun ifisser li żżidha mal-lista t’affarijiet li trid tagħmel jew li tikteb ftit ideat kif ikunu għadhom friski f’moħħok.”—Vera.

  • Itlob l-għajnuna. Il-ġenituri u l-għalliema tiegħek x’aktarx li ffaċċjaw sfida simili. Għala ma tibbenefikax mill-esperjenza tagħhom? Jistgħu jgħinuk torganizza l-ħsibijiet tiegħek u tfassal pjan.

Suġġeriment Agħmel skeda. Veru, dan ifisser li trid tkun organizzat u determinat li ssegwiha, imma hi utli—tgħinek tagħmel kulma jkollok bżonn tagħmel.”—Abbey.

 Ma jkollokx aptit.

Spiss, ix-xogħol li jkollok ikun jinvolvi affarijiet li jdejquk l-aktar. Allura x’tistaʼ tagħmel jekk il-proġett li għandek ma jħajrek xejn affattu? Ipprova dan li ġej.

  • Aħseb dwar raġuni waħda għala jkun tajjeb li tagħmlu kmieni. Pereżempju, aħseb dwar kemm se tħossok tajjeb la jkun lest. Tfajla jisimha Amy tgħid: “Kemm nieħu pjaċir u nħossni tajba meta nlesti xi ħaġa fil-ħin jew meta nkun bil-quddiem u fl-aħħar inkun nistaʼ nirrilassa.

  • Fakkar lilek innifsek fil-konsegwenzi. Meta taqaʼ lura fix-xogħol iżżid mal-istress li diġà jkollok u tnaqqas iċ-ċans li tirnexxi. Il-Bibbja tgħid: “Dak li bniedem jiżraʼ, dak huwa jaħsad.”—Galatin 6:7, Il-Bibbja tal-Għaqda Biblika Maltija, It-Tieni Edizzjoni.

  • Kun determinat li tlesti x-xogħol minn qabel. Insibha t’għajnuna li nimmaġina li x-xogħol irid ikun lest ġurnata jew tnejn qabel ma attwalment għandu jkun lest,” tgħid tfajla jisimha Alicia. “Imbagħad inkun nistaʼ nerġaʼ nduru u jkolli ġurnata jew tnejn żejda biex nagħmel dan.

Suġġeriment Trid iddaħħalha f’moħħok li tkun motivat. Għid lilek innifsek li se tagħmel dak li hemm bżonn isir u li xejn mhu se jwaqqfek milli tagħmlu. Meta nagħmel hekk, nagħmel dak li hemm bżonn isir.”—Alexis.

 Diġà jkollok ħafna x’tagħmel.

Ġuvni jismu Nathan jgħid: “In-nies spiss jgħiduli kemm nitnikker imma dan mhux sew! Ma jafux kemm ikolli x’nagħmel!” Jekk tħossok bħal Nathan, ipprova dawn is-suġġerimenti:

  • Ibda b’dak li hu iktar faċli. Xi ħadd darba għallimni li jekk biċċa xogħol tiħodlok inqas minn ħames minuti, għandek tagħmilha mill-ewwel,” tgħid tfajla jisimha Amber. “Dan jinkludi affarijiet bħal li tnaddaf, iddendel il-ħwejjeġ, taħsel il-platti, u tagħmel xi telefonata.

  • Agħmel il-prijoritajiet. Il-Bibbja tgħid: ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’ (Filippin 1:10) Kif tistaʼ tapplika dan fil-ħajja taʼ kuljum tiegħek? “Inżomm lista tal-ħowmwerk kollu li jkolli u nieħu nota taʼ meta jrid ikun lest,” tgħid żagħżugħa jisimha Anna. “Imma iktar importanti minn hekk, nieħu nota taʼ meta nkun beħsiebni nibda naħdem u nlesti kull proġett.

Taħseb li dan jidher restrittiv? Jekk iva, tajjeb li terġaʼ taħsibha! Il-verità hi li meta jkollok skeda, int tikkontrolla l-ħin tiegħek minflok ma tħalli l-ħin jikkontrollak. U dan inaqqas l-istress. Tfajla jisimha Kelly tgħid: “Meta jkolli pjan inħossni kalma u nkun nistaʼ nara l-affarijiet kif tassew huma.

  • Tħalli xejn itellfek. Jennifer tgħid: “Meta nkun se nibda proġett, ngħid lil kulħadd fid-dar. Jekk ikun hemm xi ħaġa li jriduni nagħmel, nitlobhom jgħiduli qabel ma nibda. Ukoll, nagħmel il-mowbajl silent.

Suġġeriment Dak li suppost qed tagħmel mhux se jisparixxi jekk tinjorah. Minflok ma tibqaʼ tinkwieta dwaru, aqbad u agħmlu. Jekk tagħmel hekk, tkun tistaʼ tirrilassa għall-kumplament tal-ġurnata.”—Jordan.