Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Xi Ngħidu Jekk M’Obdejtx Xi Regola tal-Ġenituri Tiegħi?

Xi Ngħidu Jekk M’Obdejtx Xi Regola tal-Ġenituri Tiegħi?

Biex tevita li sitwazzjoni tmur minn ġot-taġen għal ġon-nar, għamel dan li ġej:

Għid il-verità. Jekk ma tagħmilx dan, kulma tkun qed tagħmel hu li ddgħajjef il-ftit fiduċja li l-ġenituri jkun għad għandhom fik. Għalhekk kun onest u speċifiku dwar id-dettalji.​—⁠Proverbji 28:⁠13.

  • Toqgħodx tipprova ġġib l-iskużi jew tnaqqas mis-serjetà taʼ dak li jkun ġara.

  • Dejjem ftakar li “tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-korla.”—Proverbji 15:1.

Skuża ruħek. Ikun xieraq li int tgħid li jiddispjaċik għall-inkwiet, id-diżappunt, jew ix-xogħol żejjed li stajt ħlaqt. Dan jistaʼ jtaffi xi ftit il-kastig li tieħu. Però, id-dispjaċir tiegħek għandu jkun sinċier.

Aċċetta l-konsegwenzi. Tkun qed turi li int matur meta terfaʼ r-responsabbiltà taʼ dak li tkun għamilt. Jistaʼ jagħti l-każ li l-aħjar ħaġa li tagħmel hi li terġaʼ taħdem biex tikseb il-fiduċja tal-ġenituri tiegħek.—Proverbji 20:11.

Tinsiex, il-ġenituri tiegħek għandhom ir-responsabbiltà li jkollhom ammont raġunevoli taʼ kontroll fuq l-azzjonijiet tiegħek. Għalhekk il-Bibbja titkellem dwar “il-kmandament taʼ missierek” u “l-liġi t’ommok.”—Proverbji 6:20.

Jekk trid li l-ġenituri tiegħek jagħtuk iktar libertà:

  • Urihom li trid u li tistaʼ żżomm mar-regoli tagħhom.

  • Stinka biex tagħmel l-ubbidjenza parti mill-identità tiegħek​—⁠dik il-ħaġa ġo fik li tgħidlek min int u x’temmen.