Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Xi Ngħidu Jekk Inħossni Waħdi?

Xi Ngħidu Jekk Inħossni Waħdi?

Dak li tistaʼ tagħmel

1. Iffoka fuq il-kwalitajiet tajbin tiegħek. (2 Korintin 11:6) Filwaqt li hu tajjeb li tkun taf x’inhuma n-nuqqasijiet tiegħek, ma tridx tinsa li għandek ħafna tajjeb ukoll. Jekk tagħraf fiex int tajjeb se tkun kunfidenti biżżejjed biex ma tibqax tħares lejk innifsek b’mod negattiv u ma tibqax tħossok waħdek. Staqsi lilek innifsek, ‘Fiex jien tajjeb?’ Aħseb dwar xi talenti jew kwalitajiet pożittivi li għandek.

2. Ħu interess ġenwin f’oħrajn. Ibda billi turi interess fi ftit nies biss. Żagħżugħ jismu Jorge jgħid: “Jekk sempliċement tistaqsi lil ħaddieħor kif inhu jew tistaqsih dwar xogħlu, dan se jgħinek issir tafu aħjar.”.

Int tistaʼ tegħleb dak li qed ibiegħdek minn dawk tamparek

Suġġeriment: Tħossx li għandek titkellem biss maʼ dawk tamparek. Xi ftit mill-iktar ħbiberiji tal-qalb imniżżlin fil-Bibbja kienu bejn nies li kien hemm qabża mhux ħażin fl-etajiet tagħhom, bħal pereżempju Rut u Nagħomi, David u Ġonatan, u Timotju u Pawlu. (Rut 1:16, 17; 1 Samwel 18:1; 1 Korintin 4:17) Ftakar ukoll li konversazzjoni ssir bejn iktar minn persuna waħda. In-nies jieħdu pjaċir meta xi ħadd jagħtihom widen. Għalhekk, jekk int mistħi, tinsiex—m’għandekx għalfejn taħseb li int biss se jkollok titkellem!

3. ‘Ħoss għal ħaddieħor.(1 Pietru 3:8) Anke jekk ma taqbilx mal-ħarsa tal-persuna l-oħra, bil-paċenzja agħtiha ċans titkellem. Iffoka fuq dak li qbiltu dwaru. Jekk tħoss li għandek tgħid li ma qbiltx fuq xi ħaġa, agħmel dan bil-ħlewwa u bit-tattika.

Suġġeriment: Kellem lil oħrajn bil-mod kif kieku trid li jkellmuk. Se tbiegħed lin-nies minnek jekk għal xejn b’xejn toqgħod tħaqqaqha magħhom, tinkihom, tinsultahom, u tikkundannahom b’ċerta superjorità. Se jinġibdu ħafna iktar lejk jekk ‘kliemek ikun dejjem kollu ħlewwa.’—Kolossin 4:6.