Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

IŻ-​ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Għala jkun tajjeb li tmur għal-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna?

Għala jkun tajjeb li tmur għal-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna?

Darbtejn fil-​ġimgħa, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jkollhom laqgħat fil-​postijiet taʼ qima tagħhom, li jissejħu Swali tas-​Saltna. X’jiġri hemm, u kif tistaʼ tibbenefika billi tmur?

 X’jiġri f’Sala tas-​Saltna?

Is-​Sala tas-​Saltna hi post fejn in-​nies jitgħallmu kif jużaw il-​Bibbja fil-​ħajja taʼ kuljum. Il-​laqgħat li jsiru hemm jistgħu jgħinuk:

  • titgħallem il-​verità dwar Alla.

  • tifhem għala qed iseħħu ċerti affarijiet illum.

  • issir persuna aħjar.

  •  issib l-​aħjar tip taʼ ħbieb.

Kont taf? Il-​post fejn niltaqgħu jissejjaħ Sala tas-​Saltna għax hemmhekk niddiskutu ħafna suġġetti li għandhom x’jaqsmu mas-​Saltna t’Alla.—Mattew 6:9, 10; 24:14; Luqa 4:43.

 Għala għandek tattendi?

L-​informazzjoni li tismaʼ hemm se tgħinek. Il-​prinċipji tal-​Bibbja li nitkellmu dwarhom fil-​laqgħat se jgħinuk ‘tikseb l-​għerf.ʼ (Proverbji 4:5) Dan ifisser li l-​Bibbja tistaʼ tgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin fil-​ħajja tiegħek. Tistaʼ tgħinek ukoll issib tweġiba għal mistoqsijiet importanti li ssaqsi fil-​ħajja, bħal:

Dawn li ġejjin huma xi ftit mit-​titli tat-​taħditiet li jsiru fil-​laqgħat tagħna fil-​weekends:

  • Għala għandna nħallu l-​Bibbja tiggwidana?

  • Fejn tistaʼ ssib l-​għajnuna fi żminijiet taʼ inkwiet?

  • Dak li qed tagħmel is-​Saltna t’Alla għalina llum.

“Ħabib tal-​klassi ġie għal waħda mil-​laqgħat. Hu poġġa fejn il-​familja tiegħi u segwa minn fuq il-​kotba tagħna. Wara, hu qalli li kien impressjonat bil-​kummenti tan-​nies meta l-​udjenza kellha ċ-​ċans tipparteċipa. Qal ukoll li fil-​knisja fejn imur m’għandhomx materjal taʼ studju bħalma għandna aħna.”—Brenda.

Kont taf? M’hemmx għalfejn tħallas biex tidħol jew ikollok post fis-​sala, u qatt ma jsir ġbir tal-​flus.

In-​nies t’hemm se jinkuraġġuk. Il-​Bibbja tgħid li waħda mir-​raġunijiet għala l-​Kristjani għandhom jiltaqgħu flimkien hi biex ‘jinkuraġġixxu lil xulxin.’ (Ebrej 10:24, 25) Il-​kumpanija tajba taʼ nies li jpoġġu lil Alla u lil oħrajn qabilhom infushom hi xi ħaġa li ġġiegħlek tħossok aħjar f’dinja fejn kulħadd moħħu fih innifsu.

“Wara ġurnata twila, kultant inħossni mdejqa u għajjiena mejta, imma n-​nies fis-​Sala tas-​Saltna dejjem iġegħluni nħossni aħjar. Jien u sejra d-​dar mil-​laqgħa, inħossni ferħana u jkolli s-​saħħa biex niffaċċja l-​ġurnata taʼ wara.”—Elisa.

Kont taf? Madwar id-​dinja, hemm iktar minn 120,000 kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jinsabu f’iktar minn 60,000 post differenti. Minħabba li l-​attendenza għal-​laqgħat dejjem tiżdied, kull sena jinbnew madwar 1,500 Sala tas-​Saltna. *

^ par. 27 Biex issib lokalità fejn isiru l-​laqgħat tagħna, mur fuq il-​paġna “Il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova” u agħfas fuq “Sib Lokalità Qrib Tiegħek.”