Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’Nagħmel Jekk Issirli Pressjoni Biex Ikolli X’Naqsam Maʼ Xi Ħadd?

X’Nagħmel Jekk Issirli Pressjoni Biex Ikolli X’Naqsam Maʼ Xi Ħadd?

Forsi tistaqsi: “Tgħid inċedi? Wara kollox, mhux kulħadd qed ikollu relazzjonijiet sesswali?”

Ieqaf u aħseb!

Fatt: Mhux kulħadd qed ikollu x’jaqsam maʼ xi ħadd.

Veru, jaf qrajt dwar statistiki b’ċifri għoljin. Pereżempju, riċerka fl-Istati Uniti wriet li sakemm jiġu biex jispiċċaw l-iskola sekondarja, 2 minn kull 3 żgħażagħ fil-pajjiż ikunu attivi sesswalment. Imma dan ifisser ukoll li 1 minn kull 3—numru mhux ħażin—mhumiex qed ikollhom relazzjonijiet sesswali.

Xi ngħidu għal dawk li qed ikollhom relazzjonijiet sesswali? Ir-riċerkaturi sabu li ħafna minn dawn iż-żgħażagħ jesperjenzaw waħda jew iktar mill-konsegwenzi xejn pjaċevoli li ġejjin.

Niket. Ħafna miż-żgħażagħ li kellhom x’jaqsmu maʼ xi ħadd qabel iż-żwieġ jgħidu li wara ddispjaċiehom.

Jekk tagħmel is-sess qabel iż-żwieġ tkun qisek qed taqbad pittura mill-isbaħ u tużaha bħala tapit quddiem il-bieb

Nuqqas taʼ Fiduċja. Wara li jkollhom relazzjoni sesswali, kull wieħed mill-imseħbin jgħid bejnu u bejn ruħu, ‘Min jaf maʼ min iktar għamel/għamlet is-sess?ʼ

Diżappunt. Fil-fond taʼ qalbha, ħafna tfajliet jippreferu lil xi ħadd li jipproteġihom, mhux li jużahom. U ħafna ġuvintur qalu li meta tfajla tkun ċediet u jkollha relazzjonijiet sesswali, inqas jiffansjawha.

Il-Konklużjoni: Ġismek hu prezzjuż wisq biex tarmih kif ġieb u laħaq. Uri li għandek karattru sod biżżejjed ħalli tobdi l-liġijiet t’Alla biex titbiegħed mis-sess qabel iż-żwieġ. Imbagħad, jekk xi darba tiżżewweġ, tkun tistaʼ tagħmel l-att sesswali. U tkun tistaʼ tgawdih bis-sħiħ, mingħajr ebda inkwiet, dispjaċir, u inċertezza li spiss huma r-riżultat tas-sess qabel iż-żwieġ.—Proverbji 7:22, 23; 1 Korintin 7:3.