Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kif Nista’ Nkampa mar-Regoli tal-Ġenituri Tiegħi?

Kif Nista’ Nkampa mar-Regoli tal-Ġenituri Tiegħi?

Probabbli taf żgħażagħ tamparek li jistgħu jdumu barra kemm iridu, jilbsu li jixtiequ, u joħorġu mal-ħbieb kull meta u kull fejn jogħġobhom. Forsi l-ġenituri tagħhom sempliċement ikollhom wisq x’jagħmlu biex jindunaw xi jkunu qed jagħmlu wliedhom.

Il-Bibbja turi li din it-tip taʼ trobbija mhix se tkun taʼ suċċess. (Proverbji 29:15) In-nuqqas taʼ mħabba li tara fid-dinja llum, fil-biċċa l-kbira jeżisti minħabba n-nies egoisti li fiha. U ħafna minn dawn in-nies trabbew f’familji fejn setgħu jagħmlu li jridu.​—⁠2 Timotju 3:​1-5.

Minflok ma tgħir għaż-żgħażagħ li jitħallew jagħmlu li jridu, ipprova ħares lejn ir-regoli tal-ġenituri tiegħek bħala turija tal-imħabba u t-tħassib tagħhom lejk. Billi jagħmlu regoli raġunevoli, huma jkunu qed jimitaw lil Alla Ġeħova, li qal lill-poplu tiegħu:

“Se nagħtik id-dehen u nistruwik dwar it-triq li għandek taqbad. Se nagħtik pariri u nżomm għajnejja fuqek.”—Salm 32:8.