Il-Bibbja tgħid: “It-taħriġ tal-ġisem hu taʼ benefiċċju.” (1 Timotju 4:8) Madankollu, ħafna żgħażagħ li jgħidu “Għandi bżonn nagħmel l-eżerċizzju,” donnhom bla ħeġġa biex jagħmluh.

  • “Għalkemm kienet waħda mill-eħfef lezzjonijiet, lanqas temmen kemm tfal kienu jiskartaw il-lezzjoni tal-edukazzjoni fiżika meta kont immur l-iskola sekondarja!”—Richard, 21 sena.

  • “Xi wħud jaħsbu, ‘Għala għandi noqgħod niġri barra fix-xemx tisreġ sakemm nispiċċa għajjien u għarqan xraba, meta nistaʼ noqgħod nilgħab xi logħba fuq il-kompjuter u nagħmilha taʼ xi ħadd li qed jagħmel din l-attività?’ ”—Ruth, 22 sena.

Jekk tħossok bħal dawn iż-żgħażagħ, ikkunsidra tliet benefiċċji li jiġu meta jkollok rutina tajba taʼ eżerċizzju.

Benefiċċju 1. L-eżerċizzju jsaħħaħlek is-sistema tal-immunità. Missieri dejjem kien jgħid, ‘Jekk ma tistax issib ħin għall-eżerċizzju, jaqbillek issib ħin biex timrad,’ ” tgħid Rachel, li għandha 19-il sena.

Benefiċċju 2. L-eżerċizzju jipproduċi kimiki fil-moħħ li jikkalmawk. Il-ġiri hu mod tajjeb kif inneħħi l-istress meta jkolli ħafna ħsibijiet fuq moħħi,” tgħid Emily, li għandha 16-il sena. “Fiżikament inħossni rifreskata u emozzjonalment inħossni li nkun neħħejt toqol kbir.

Benefiċċju 3. L-eżerċizzju jistaʼ jagħmillek ħajtek iktar pjaċevoli. L-għaxqa tiegħi hi li nkun barra għall-arja,” tgħid Ruth, “għalhekk, l-eżerċizzju tiegħi jinkludi xi mixja fil-kampanja, l-għum, is-snowboarding, u r-rota.

Is-Sigriet għas-Suċċess: Iddedika minn tal-inqas 20 minuta tliet darbiet f’ġimgħa għal attività fiżika li biha taħli ħafna enerġija u li tieħu pjaċir tagħmel.

Ftakar dan: Jekk tkunx f’kundizzjoni tajba taʼ saħħa jew le jistaʼ jiddependi kemm minn fatturi ereditarji u kemm mill-istil taʼ ħajja li tagħżel li tgħix. Għalhekk meta tgħid, “Għandi bżonn nagħmel l-eżerċizzju,” l-għażla tkun tiegħek; int tistaʼ tagħmel xi ħaġa dwarha!