Dak li tistaʼ tagħmel

L-ewwel, identifika t-tip taʼ nies li ssibha l-iktar bi tqila li tingwalaha magħhom

Età:

Ma ningwalahiex maʼ . . .

  • dawk tampari
  • żgħażagħ akbar minni
  • l-adulti

Abbiltà:

Ma ningwalahiex maʼ nies li. . .

  • huma atletiċi
  • għandhom xi talent
  • huma intellettwali

Personalità:

Ma ningwalahiex maʼ nies li huma . . .

  • kunfidenti
  • popolari
  • f’xi klikka

It-tieni, agħżel stqarrija li tiddeskrivi l-mod kif is-soltu tirreaġixxi meta tkun man-nies li għażilt hawn fuq.

  • Nagħmel tabirruħi li għandi l-istess interessi jew abbiltajiet.
  • Ninjora dak li jogħġobhom u nitkellem fuq dak li jogħġobni.
  • Ma nitniffisx u nfittex opportunità biex nitlaq.

It-tielet, ħu l-inizjattiva! Ma tistax dejjem tippretendi li ħaddieħor jagħmel sforz biex isir jafek; kultant int trid tagħmel l-isforz biex issir taf lilu. (Filippin 2:4) Kif tistaʼ tagħmel dan?

Ara dawk li mhumiex tamparek. Aħseb ftit: Għala għandek tillimita ruħek għal nies taʼ ċerta età u mbagħad tgerger li ma tistax issib ħbieb? Dan ikun bħallikieku qed tmut bil-ġuħ fuq gżira diżabitata u madwarek hemm koċċ ħut fil-baħar!

Ommi ħeġġitni biex nipprova nitkellem maʼ wħud akbar minni. Qaltli li kont se niskanta b’kemm għandi affarijiet komuni magħhom. Kellha raġun, u issa tgħidx kemm għandi ħbieb!”—Helena,, 20 li għandha 20 sena.

Sir tas-sengħa f’li tikkomunika. Is-sigriet hu li (1) tagħti widen, (2) tistaqsi l-mistoqsijiet, u (3) turi interess ġenwin.—Ġakbu 1:19.

Jien nipprova nkun waħda li tagħti widen iktar milli nkun waħda li titkellem. U meta nitkellem, nipprova ma noqgħodx nitkellem dwari nnifsi jew inpinġi lil ħaddieħor b’mod negattiv.”—Serena, li għandha 18-il sena.

Jekk xi ħadd ikun irid jitkellem dwar affarijiet li m’iniex midħla tagħhom, nistaqsih jispjegali, u nittama li dan iġiegħlu jitkellem miegħi iktar.”—Jared, li għandu 21 sena.

Jiena mistħija, u allura jkolli nisforza lili nnifsi biex nitkellem. Imma biex tagħmel il-ħbieb trid tkun dħulija. Allura bdejt nitkellem.”—Leah, 16-il sena.