Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

IŻ-​ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Il-ħolqien jew l-evoluzzjoni?—It-2 parti: Għala għandek tiddubita l-evoluzzjoni?

Il-ħolqien jew l-evoluzzjoni?—It-2 parti: Għala għandek tiddubita l-evoluzzjoni?

Alex iħossu mħawwad. Minn dejjem emmen f’Alla u fil-​ħolqien. Imma llum l-​għalliem tiegħu tal-​Bijoloġija insista b’mod sod li l-​evoluzzjoni hi fatt u li hi bbażata fuq riċerka xjentifika taʼ min joqgħod fuqha. Alex ma jridx jidher li hu xi wieħed taʼ wara l-​muntanji. Hu jgħid bejnu u bejn ruħu: ‘Wara kollox, jekk ix-​xjentisti sabu li l-​evoluzzjoni hi vera, jien min jien biex immerihom?ʼ

Ġieli sibt ruħek f’sitwazzjoni simili? Forsi ilek ħajtek kollha temmen dak li tgħid il-​Bibbja, jiġifieri li “Alla ħalaq is-​smewwiet u l-​art.” (Ġenesi 1:1) Imma dan l-​aħħar xi nies qed jipprovaw jikkonvinċuk li l-​ħolqien hu ħrafa u li l-​evoluzzjoni hi fatt. Għandek temminhom? Għala għandek tiddubita l-​evoluzzjoni?

Żewġ raġunijiet biex tiddubita l-​evoluzzjoni

  1.   Ix-​xjentisti ma jaqblux fuq l-​evoluzzjoni. Minkejja għaxriet taʼ snin taʼ riċerka, ix-​xjentisti għad iridu jsibu spjegazzjoni tal-​evoluzzjoni li kollha jaqblu fuqha.

    Aħseb dwar dan: Jekk ix-​xjentisti ma jaqblux fuq l-​evoluzzjoni—u huma suppost l-​esperti—tkun qed tiżbalja jekk ikollok dubji dwar din it-​teorija?—Salm 10:4.

  2. Dak li temmen int hu importanti. “Li kieku l-​ħajja ġiet b’kumbinazzjoni, mela ħajjitna—u l-​affarijiet kollha fl-​univers tagħna—kienet tkun għalxejn,” jgħid żagħżugħ jismu Zachary. Għandu raġun. Wara kollox, li kieku l-​evoluzzjoni hi vera, kieku l-​ħajja ma kien ikollha l-​ebda skop dejjiemi. (1 Korintin 15:32) Min-​naħa l-​oħra, jekk il-​ħolqien hu veru, nistgħu nsibu tweġibiet sodisfaċenti għal mistoqsijiet dwar l-​iskop tal-​ħajja u dwar dak li hemm lest għalina fil-​futur.—Ġeremija 29:11.

    Aħseb dwar dan: Il-​fatt li tkun taf il-​verità dwar l-​evoluzzjoni u l-​ħolqien kieku kif jagħmel differenza f’ħajtek?—Ebrej 11:1.

Mistoqsijiet li għandek tikkunsidra

DAK LI JGĦIDU XI WĦUD: ‘Dak kollu li hemm fl-​univers beda jeżisti minħabba l-​big bang (splużjoni enormi għal għarrieda).’

  • Xi kkaġuna din il-​big bang jew min ikkaġunaha?

  •   X’jagħmel l-​iktar sens—li kollox ġie mix-​xejn jew li kollox ġie minn xi ħaġa jew xi ħadd?

DAK LI JGĦIDU XI WĦUD: ‘Il-​bnedmin ġew mill-​annimali.’

  • Jekk il-​bnedmin ġew mill-​annimali—pereżempju, mix-​xadini—mela l-​bnedmin għala huma ħafna iktar intelliġenti mix-​xadini? *

  • Għala huma tant kumplessi saħansitra l-​iktar ħlejjaq “sempliċi”? *

DAK LI JGĦIDU XI WĦUD: ‘Hemm provi li l-​evoluzzjoni hi fatt.’

  • Il-​persuna li qed tgħid hekk eżaminat l-​evidenza hi stess?

  • Kemm hemm nies li jemmnu fl-​evoluzzjoni sempliċement għax intqalilhom li n-​nies intelliġenti kollha jemmnu fiha?

^ par. 18 Xi wħud jgħidu li l-​bnedmin huma iktar intelliġenti għax għandhom moħħ akbar minn dak tax-​xadini. Però, għal raġunijiet għala dan l-​argument mhuwiex validu, ara l-​browxer The Origin of Life—Five Questions Worth Asking, paġna 28.

^ par. 19 Ara l-​browxer The Origin of Life—Five Questions Worth Asking, paġni 8-​12.