Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

IŻ⁠-⁠ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Il⁠-⁠Bibbja kif tistaʼ tgħinni?—L⁠-⁠1 parti: Skopri x’hemm fil⁠-⁠Bibbja tiegħek

Il⁠-⁠Bibbja kif tistaʼ tgħinni?—L⁠-⁠1 parti: Skopri x’hemm fil⁠-⁠Bibbja tiegħek

“Provajt naqra l⁠-⁠Bibbja, imma meta nara kemm fiha paġni, naqtaʼ qalbi!”—⁠Briana, 15⁠-⁠il sena.

Jekk int tħossok hekk, dan l⁠-⁠artiklu jistaʼ jgħinek!

 Għala għandi naqra l⁠-⁠Bibbja?

Tqisha xi ħaġa tad⁠-⁠dwejjaq li taqra l⁠-⁠Bibbja? Jekk iva, m’intix waħdek. Forsi tqis li l⁠-⁠Bibbja hi sempliċi ktieb b’iktar minn elf paġna b’kitba rqiqa u mingħajr stampi—⁠m’għandhiex x’taqsam mat⁠-⁠televixin u l⁠-⁠vidjows!

Imma aħseb dwarha b’dal⁠-⁠mod: Kieku kellek issib kaxxa kbira antika b’teżor ġo fiha, ma tkunx int kurjuż biex tara x’hemm ġewwa?

Il⁠-⁠Bibbja hi eżatt bħal dan it⁠-⁠teżor. Fiha ħafna għarfien li hu bħal ġawhar prezzjuż. Dan jistaʼ jgħinek biex:

  • Tieħu deċiżjonijiet tajbin

  • Tmur tajjeb mal⁠-⁠ġenituri

  • Issib l⁠-⁠aqwa tip taʼ ħbieb

  • Tkampa mal⁠-⁠istress

Kif jistaʼ ktieb antik bħal dan japplika għalina llum? Dan hu possibbli għax “l⁠-⁠Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.” (2 Timotju 3:16) Dan ifisser li l⁠-⁠pariri li hemm fil⁠-⁠Bibbja ġejjin mill⁠-⁠aqwa Sors possibbli.

Il⁠-⁠Bibbja hi bħal teżor għax fiha għerf li hu bħal ġawhar prezzjuż

 Kif għandi naqra l⁠-⁠Bibbja?

Mod wieħed hu billi taqra l⁠-⁠Bibbja minn qoxra sa qoxra. B’hekk se jkollok idea dwar x’inhu l⁠-⁠messaġġ tal⁠-⁠Bibbja. Hemm ħafna modi kif tistaʼ taqra l⁠-⁠Bibbja. Ikkunsidra żewġ eżempji:

  •  Tistaʼ taqra s⁠-⁠66 ktieb tal⁠-⁠Bibbja bl⁠-⁠ordni kif jidhru, minn Ġenesi sa Rivelazzjoni.

  •  Tistaʼ taqra l⁠-⁠Bibbja b’mod kronoloġiku—⁠jiġifieri, bil⁠-⁠mod kif seħħew l⁠-⁠affarijiet wara xulxin.

Suġġeriment: Fil⁠-⁠ktejjeb Gwida għall⁠-⁠istudju tal⁠-⁠Kelma t’Alla taqsima 4, se ssib lista kronoloġika tal⁠-⁠ġrajjiet prinċipali fil⁠-⁠ħajja taʼ Ġesù.

Mod ieħor kif taqra l⁠-⁠Bibbja hu billi tagħżel rakkont li għandu x’jaqsam maʼ problema li qed taffaċċja. Pereżempju:

Suġġeriment: Meta taqra l⁠-⁠Bibbja, agħmel ċert li tkun f’post għal kwiet ħalli tkun tistaʼ tikkonċentra.

Terġaʼ mod ieħor kif taqra l⁠-⁠Bibbja hu billi tagħżel rakkont jew salm, taqrah, u mbagħad tara kif tistaʼ tapplikah f’ħajtek. Wara li taqra, ikkunsidra mistoqsijiet bħal:

  •  Ġeħova għala niżżel dan fil⁠-⁠Bibbja?

  •  Dan x’jurini dwar il⁠-⁠personalità taʼ Ġeħova jew il⁠-⁠mod kif jagħmel l⁠-⁠affarijiet?

  •  Kif nistaʼ napplika dan f’ħajti?

Suġġeriment: Għala ma tagħmilx mira? Niżżel id⁠-⁠data taʼ meta tixtieq tibda l⁠-⁠iskeda personali taʼ qari tal⁠-⁠Bibbja.