Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, l-1 Volum

Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, l-1 Volum

‘Kif nistaʼ nikkomunika mal-ġenituri tiegħi?’ ‘Kif nistaʼ nagħmel ħbieb?’ ‘X’fih ħażin is-sess każwali?’ ‘Għala jaqbduni daqshekk dwejjaq?’

Jekk staqsejt lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn, m’intix waħdek. Għandek mnejn ngħatajt tweġibiet differenti għalkollox—jiddependi mis-sors fejn dort għall-gwida. Il-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, l-1 Volum, jistaʼ jgħinek. Il-pariri tiegħu huma bbażati fuq il-prinċipji prattiċi li jinsabu fil-Bibbja. Il-Kelma t’Alla għenet lil miljuni taʼ nies biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja b’suċċess. Sir af kif jistaʼ jgħinek!

Dan il-volum jinkludi s-sezzjonijiet li ġejjin:

  • Int u l-Familja Tiegħek

  • L-Identità Tiegħek

  • Ġewwa u Barra l-Iskola

  • Is-Sess, il-Morali, u l-Imħabba

  • Imġiba li Tagħmillek il-Ħsara

  • Il-Ħin Liberu Tiegħek

  • Il-Qima Tiegħek

  • Appendiċi għall-Ġenituri

Int tistaʼ tniżżel il-ktieb bħala PDF, jew titlob kopja stampata billi tikteb lill-uffiċċji tagħna.

Nota: Il-PDF taʼ dan il-ktieb issa fih postijiet fejn tistaʼ tikteb. Jekk is-softwer fl-apparat elettroniku tiegħek jippermettilek tagħmel dan, tistaʼ ddaħħal il-kummenti u t-tweġibiet tiegħek direttament fil-kopja tiegħek tal-ktieb.