Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Nistgħu verament insibu lil Alla?

Nistgħu verament insibu lil Alla?

“Lil Alla ma tistax tifhmu.”—Filo taʼ Lixandra, filosfu tal-ewwel seklu.

“[Alla] m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.”—Sawl taʼ Tarsu, jindirizza lil filosfi tal-ewwel seklu f’Ateni.

HEKK kif taqra dawn iż-żewġ stqarrijiet, liema minnhom tiddeskrivi l-ħarsa tiegħek? Ħafna jsibu l-kliem taʼ Sawl taʼ Tarsu, magħruf ukoll bħala l-appostlu Pawlu, taʼ wens u li jiġbdek. (Atti 17:26, 27) U l-Bibbja fiha dikjarazzjonijiet oħra bħal din. Pereżempju, Ġesù qal talba li fiha dikjarazzjoni rassiguranti li s-segwaċi tiegħu jistgħu jsiru jafu lil Alla u jirċievu l-barka tiegħu.—Ġwanni 17:3.

Madankollu, filosfi bħal Filo kellhom ħarsa differenti. Huma taw x’tifhem li qatt ma tistaʼ ssir taf lil Alla minħabba li hu totalment inkomprensibbli. X’inhi l-verità?

Bl-onestà kollha, il-Bibbja tirrikonoxxi li hemm xi affarijiet dwar Alla li huma diffiċli biex jifhmuhom il-bnedmin. Pereżempju, kemm ilu jeżisti l-Ħallieq, kemm jibbrilla moħħu, u kemm hu profond l-għerf tiegħu ma jistgħux jiġu mkejlin, ikkalkulati, jew mifhumin. Sempliċement huma ogħla mill-fehma umana. Però, dawn l-aspetti t’Alla ma jippreżentaw l-ebda ostaklu f’li nsiru nafuh. Infatti, jekk nimmeditaw fuq l-dawn l-affarijiet stess jistaʼ jgħinna ‘nersqu qrib lejn Alla.’ (Ġakbu 4:8) Ejja nikkunsidraw ftit eżempji taʼ affarijiet bħal dawn li ma jistgħux jiġu mifhumin. Imbagħad se naraw xi aspetti t’Alla li verament nistgħu nifhmu.

 Liema aspetti ma jistgħux jiġu mifhumin?

L-EŻISTENZA ETERNA T’ALLA: Il-Bibbja tgħallem li Alla jeżisti “minn dejjem għal dejjem.” (Salm 90:2) Fi kliem ieħor, Alla ma kellux bidu u qatt mhu se jkollu tmiem. Mill-ħarsa tal-bniedem, “fl-għadd, sninu huma bla tarf.”—Ġob 36:26.

Kif tibbenefika int: Alla jwiegħdek ħajja taʼ dejjem jekk verament issir tafu. (Ġwanni 17:3) Kemm tkun taʼ min joqgħod fuqha wegħda bħal din kieku Alla nnifsu ma jgħixx għal dejjem? “Is-Sultan taʼ l-eternità” biss jistaʼ jwettaq wegħda bħal din.—1 Timotju 1:17.

IL-MOĦĦ T’ALLA: Il-Bibbja tgħallem li “ħadd ma jistaʼ jifhem x’intelliġenza” għandu Alla għax il-ħsibijiet tiegħu huma ħafna ogħla minn tagħna. (Isaija 40:28; 55:9) Bix-xieraq, il-Bibbja tistaqsi l-mistoqsija rettorika: “Min hu dak li jistaʼ jifhem il-ħsieb tal-Mulej biex ikun jistaʼ jgħallmu?”—1 Korintin 2:16, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

Kif tibbenefika int: Alla hu kapaċi jismaʼ miljuni taʼ talbiet fl-istess ħin. (Salm 65:2) Saħansitra jinnota kull għasfur tal-bejt li jaqaʼ fl-art. Qatt se jkun moħħ Alla mgħobbi żżejjed, iżommu milli jinduna bik u jismaʼ t-talb tiegħek? Le, għax moħħu mhux limitat. Iżjed minn hekk, għalih “intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-bejt.”—Mattew 10:29, 31.

IL-MOGĦDIJIET T’ALLA: Il-Bibbja tgħallem li “l-bnedmin qatt ma [jistgħu] jsiru jafu mill-bidu sat-tmiem l-għemil li għamel l-Alla l-veru.” (Ekkleżjasti 3:11) Għalhekk, qatt m’aħna se nsiru nafu kollox dwar Alla. L-għerf tal-mogħdijiet t’Alla ‘hu bla tarf.’ (Rumani 11:33) Madankollu, Alla hu lest jirrivela l-mogħdijiet tiegħu lil dawk li jridu jogħġbuh.—Għamos 3:7.

Kemm ilu jeżisti l-Ħallieq, kemm jibbrilla moħħu, u kemm hu profond l-għerf tiegħu ma jistgħux jiġu mkejlin, ikkalkulati, jew mifhumin

Kif tibbenefika int: Jekk taqra u tistudja l-Bibbja, qatt ma tieqaf titgħallem affarijiet ġodda dwar Alla u l-mogħdijiet tiegħu. Dan ifisser li nistgħu nersqu dejjem eqreb lejn Missierna tas-sema għall-eternità kollha.

Dak li tistaʼ tkun taf

Sempliċement għax ma nistgħux nifhmu għalkollox ċerti aspetti t’Alla, ma jfissirx li qatt ma nistgħu nsiru nafuh. Il-Bibbja fiha ħafna informazzjoni li tgħinna nifhmu aħjar lil Alla. Ikkunsidra xi eżempji:

L-ISEM T’ALLA: Il-Bibbja tgħallimna li Alla ta isem lilu nnifsu. Hu jgħid: “Jien Ġeħova. Dak hu ismi.” Isem Alla jidher xi 7,000 darba fil-Bibbja, iżjed minn kwalunkwe isem ieħor.—Isaija 42:8.

Kif tibbenefika int: Fit-talba mudell, Ġesù qal: “Missierna fis-smewwiet, ħa jitqaddes ismek.” (Mattew 6:9) Tistaʼ tuża isem Alla int ukoll fit-talb tiegħek? Ġeħova hu lest li jsalva lil kull min juri rispett xieraq lil ismu.—Rumani 10:13.

IL-POST FEJN JGĦAMMAR ALLA: Il-Bibbja tgħallem li hemm żewġ “oqsma”—qasam spirtu fejn jeżistu ħlejjaq spirti b’iġsma spirti u qasam fiżiku li jikkonsisti mid-dinja tagħna u l-univers. (Ġwanni 8:23; 1 Korintin 15:44) Fil-Bibbja, il-kelma “smewwiet” spiss tirreferi għall-qasam spirtu. Il-‘post fejn jgħammar’ il-Ħallieq hu f’dawk is-“smewwiet.”—1 Slaten 8:43.

Kif tibbenefika int: Ikollok stampa iżjed ċara t’Alla. Il-Ħallieq mhux xi forza misterjuża li qiegħed kullimkien u f’kollox. Ġeħova hu Persuna  reali li jgħammar f’post veru. Xorta waħda, “m’hemm l-ebda ħolqien li hu moħbi quddiemu.”—Ebrej 4:13.

IL-PERSONALITÀ T’ALLA: Il-Bibbja tgħallem li Ġeħova għandu kwalitajiet li jiġbduk. “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Qatt ma jigdeb. (Titu 1:2) Mhuwiex parzjali, hu ħanin, jagħder, u bil-mod biex jirrabja. (Eżodu 34:6; Atti 10:34) Tistaʼ tissorprendi lil ħafna li l-Ħallieq jixtieq li jkollu “l-intimità” maʼ dawk li jirrispettawh.—Salm 25:14.

Kif tibbenefika int: Tistaʼ ssir ħabib taʼ Ġeħova. (Ġakbu 2:23) Imbagħad, hekk kif issir taf il-personalità taʼ Ġeħova, tkun tistaʼ tifhem aħjar rakkonti Bibliċi.

‘FITTXU’

Il-Bibbja tagħti stampa ċara taʼ Alla Ġeħova. Hu ’l bogħod milli jkun inkomprensibbli. Infatti, il-Ħallieq jixtieqek issir tafu. Il-Kelma tiegħu l-Bibbja twiegħed: “Jekk tfittxu, iħallik issibu.” (1 Kronaki 28:9) Għala ma ssirx taf lil Alla billi taqra u timmedita fuq rakkonti Bibliċi? Jekk tagħmel dan, il-Bibbja twiegħed li Alla “jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.

Jekk taqra u tistudja l-Bibbja, qatt ma tieqaf titgħallem affarijiet ġodda dwar Alla u l-mogħdijiet tiegħu

Forsi taħseb, ‘Ladarba ma nistax nifhem kollox dwar il-Ħallieq, kif qatt nistaʼ nkun ħabib tiegħu?’ Ikkunsidra dan: L-ikbar ħabib taʼ kirurgu bilfors irid ikollu lawrja fil-mediċina? Lanqas xejn! Il-ħabib tal-kirurgu jistaʼ jkollu xogħol kompletament differenti. Xorta waħda, ħbiberija mill-qrib hi possibbli. Dak li veru jgħodd hu li l-ħabib tal-kirurgu jkun jaf il-personalità tal-kirurgu, kif ukoll xi jħobb u x’ma jħobbx. Bl-istess mod, int tistaʼ titgħallem mill-Bibbja x’tip taʼ persuna hu Ġeħova—eżattament dak li għandek tkun taf biex tibni relazzjoni miegħu.

Il-Bibbja mhux biss tagħtina xi ftit dettalji dwar il-Ħallieq, imma talli fiha l-informazzjoni li għandna bżonn biex insiru nafu lil Alla. Tixtieq tkun taf iżjed dwar Alla Ġeħova? Ix-Xhieda taʼ Ġeħova joffru programm taʼ studju tal-Bibbja fid-dar b’xejn. Nistidnuk tikkuntattja lix-Xhieda fl-inħawi tiegħek jew iżżur il-Websajt tagħna, www.jw.org/mt.