Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Il-mejtin se jerġgħu jgħixu?

Ċertament, il-Ħallieq tal-ħajja jistaʼ jerġaʼ jagħti l-ħajja

Alla Ġeħova hu s-Sors tal-ħajja. (Salm 36:9) Ma jkunx raġunevoli, mela, li l-istess Alla jistaʼ jerġaʼ jagħti l-ħajja lil dawk li mietu? Il-Bibbja tassigurana li se jagħmel proprju dan fil-futur. (Aqra Atti 24:15.) Imma għala se jagħmel dan?

Il-Ħallieq tagħna oriġinalment kellu l-ħsieb li l-bniedem jgħix fuq l-art għal dejjem. (Ġenesi 1:31; 2:15-17) Dan għadu dak li jrid għall-umanità. Hu jħoss għalina meta jara dak li nħabbtu wiċċna miegħu issa—ħajjiet mimlijin inkwiet u li jispiċċaw f’kemm ilna ngħidu.—Aqra Ġob 14:1, 14, 15.

L-irxoxtati fejn se jgħixu?

Alla ħalaq lill-bniedem biex jgħix fis-sema? Le. Alla ħalaq lill-anġli biex jgħixu fis-sema. Ħalaq lill-bnedmin biex jgħixu fuq l-art. (Ġenesi 1:28; Ġob 38:4, 7) B’dan f’moħħna, ikkunsidra l-irxoxtijiet li wettaq Ġesù. Hu reġaʼ ta l-ħajja lin-nies hawn stess fuq l-art. Bl-istess mod, il-biċċa l-kbira minn dawk li se jiġu rxoxtati fil-futur se jerġgħu jgħixu fuq l-art.—Aqra Ġwanni 5:28, 29; 11:44.

Madankollu, Alla għażel ftit nies biex jiġu rxoxtati għall-ħajja fis-sema, fejn se jkollhom iġsma spirti. (Luqa 12:32; 1 Korintin 15:49, 50) Dawk irxoxtati lejn is-sema se jsaltnu bħala slaten maʼ Kristu għal fuq l-art.—Aqra Rivelazzjoni 5:9, 10.