Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | MIN HUMA X-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA?

Għala nippritkaw?

Għala nippritkaw?

Forsi xejn ma jiddistingwina iżjed mix-xogħol estensiv tagħna tal-ippritkar—minn dar għal dar, f’postijiet pubbliċi, u kull fejn jinstabu n-nies. Għala nagħmluh dan?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw biex jigglorifikaw lil Alla u biex jagħmlu ismu magħruf. (Ebrej 13:15) Irridu wkoll nobdu lil Kristu Ġesù, li kkmanda: “Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha, . . . għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.”—Mattew 28:19, 20.

Iżjed minn hekk, inħobbu lill-proxxmu. (Mattew 22:39) Bla dubju, nifhmu li l-biċċa l-kbira tan-nies għandhom it-twemmin reliġjuż tagħhom u li mhux kulħadd hu interessat fil-messaġġ tagħna. Xorta waħda, aħna nħossu li tagħlim Bibliku jsalva l-ħajjiet. Hu għalhekk li nkomplu “nxandru bla heda l-aħbar tajba dwar il-Kristu,” bħalma għamlu l-Kristjani tal-ewwel seklu.—Atti 5:41, 42.

Is-soċjologu Antonio Cova Maduro kiteb dwar “l-isforz li jagħmlu u x-xogħol li jieħdu x-Xhieda taʼ Ġeħova sal-punt li jispiċċaw għajjenin mejta . . . , sabiex it-test sagru jilħaq l-iżjed rokna mbiegħda tal-art.”—Il-gazzetta El Universal, il-Venezwela

Il-maġġoranza tal-qarrejja tal-letteratura tagħna mhumiex Xhieda taʼ Ġeħova. U miljuni li jistudjaw il-Bibbja magħna qegħdin f’reliġjonijiet oħra. Però huma grati li x-Xhieda taʼ Ġeħova jżuruhom.

M’għandniex xi ngħidu, int forsi għandek mistoqsijiet oħra dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova. Nistidnuk issir taf it-tweġibiet billi

  • Tistaqsi lil wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova.

  • Iżżur il-Websajt tagħna, www.jw.org/mt.

  • Tattendi l-laqgħat tagħna li huma b’xejn u miftuħin għal kulħadd.