Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | MIN HUMA X-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA?

X’jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova?

X’jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li “l-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa.” (2 Timotju 3:16) Aħna nużaw il-Bibbja bħala gwida prattika biex nitgħallmu dwar il-Ħallieq u ngħixu ħajja bi skop.

Il-Bibbja tgħid: “Biex in-nies ikunu jafu li int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.” (Salm 83:18) Għalhekk, aħna nqimu lil Alla Ġeħova biss u bħala Xhieda tiegħu nagħmlu ħilitna biex ngħarrfu l-isem personali tiegħu.—Isaija 43:10-12.

Bħala Kristjani, aħna nemmnu li Ġesù, “l-Iben t’Alla,” * ġie fuq l-art u sar il-Messija. (Ġwanni 1:34, 41; 4:25, 26) Wara li miet, Ġesù ġie rxoxtat lejn is-sema. (1 Korintin 15:3, 4) Iktar tard sar is-Sultan tas-Saltna t’Alla. (Rivelazzjoni 11:15) Din is-Saltna hi gvern veru li se jerġaʼ jġib Ġenna fuq l-art. (Danjel 2:44) Il-Bibbja tgħid: “Il-ġwejdin se jirtu l-art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”—Salm 37:11, 29.

“Meta jaqraw il-Bibbja, huma jemmnu li Alla qed ikellimhom. Kull meta jqumu l-problemi f’ħajjithom, jiftħu l-Kelma t’Alla u jfittxu soluzzjoni fiha. . . . Għalihom, il-Kelma t’Alla għadha ħajja.”—Il-qassis Kattoliku Benjamin Cherayath, il-gazzetta Münsterländische Volkszeitung, il-Ġermanja

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li l-prinċipji Bibliċi jistgħu jkunu taʼ benefiċċju għan-nies illum ukoll. (Isaija 48:17, 18) Għalhekk aħna nżommu fil-qrib maʼ dawn il-prinċipji. Pereżempju, peress li l-Bibbja twissina biex nevitaw prattiki li jniġġsu lil moħħna jew ġisimna, ma npejpux u ma nużawx ħażin id-drogi. (2 Korintin 7:1) Nevitaw ukoll prattiki li huma kkundannati speċifikament fil-Bibbja, bħalma huma s-sokor, l-immoralità sesswali, u s-serq.—1 Korintin 6:9-11.

^ par. 5 Il-Bibbja tirreferi wkoll għal Ġesù bħala “l-Iben uniġenitu t’Alla” peress li kien l-ewwel u l-uniku ħolqien minn Ġeħova nnifsu.—Ġwanni 3:18; Kolossin 1:13-15.