Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | TIXTIEQ TISTUDJA L-BIBBJA?

Programm taʼ studju tal-Bibbja għal kulħadd

Programm taʼ studju tal-Bibbja għal kulħadd

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova huma magħrufin sew għall-​ippritkar pubbliku tagħhom. Imma kont taf li nikkonduċu programm taʼ studju tal-​Bibbja globali wkoll?

Fl-​2014, iktar minn 8,000,000 Xhud f’240 pajjiż ikkonduċew kważi 9,500,000 studju tal-​Bibbja kull xahar. * Tabilħaqq, in-​numru taʼ nies li jistudjaw il-​Bibbja magħna jaqbeż il-​popolazzjoni individwali taʼ xi 140 pajjiż!

Biex jagħmlu dan ix-​xogħol edukattiv, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippubblikaw kważi biljun u nofs Bibbja, ktieb, rivista, u għajnuna oħra għall-​istudju tal-​Bibbja kull sena—b’xi 700 lingwa! Dan l-​isforz taʼ stampar bla paragun jippermetti lin-​nies jistudjaw il-​Bibbja bil-​lingwa tal-​għażla tagħhom.

 TWEĠIBIET GĦAL MISTOQSIJIET LI SPISS JIĠU MISTOQSIJIN DWAR IL-​PROGRAMM TAGĦNA TAʼ STUDJU TAL-​BIBBJA

Kif isir il-kors tal-istudju?

Naqbdu diversi suġġetti Bibliċi u neżaminaw versi Bibliċi li jkollhom x’jaqsmu maʼ dawk is-​suġġetti. Pereżempju, il-​Bibbja twieġeb mistoqsijiet bħal dawn: Min hu Alla? X’inhi l-​personalità tiegħu? Għandu isem? Fejn jgħix? Nistgħu nersqu qrib lejh? L-​isfida hi li nkunu nafu fejn għandna nfittxu fil-​Bibbja għat-​tweġibiet.

Biex ngħinu lin-​nies isibu t-​tweġibiet, normalment nużaw il-​ktieb taʼ 224 paġna, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? * Dan il-​ktieb ġie disinjat speċifikament biex jgħin lin-​nies jifhmu t-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja. Jinkludi lezzjonijiet dwar Alla, Ġesù Kristu, it-​tbatija tal-​bniedem, l-​irxoxt, it-​talb, u ħafna iżjed suġġetti.

 Meta u fejn jistaʼ jsir l-istudju?

L-​istudju jistaʼ jsir f’ħin u f’post konvenjenti għalik.

Kemm idumu s-sessjonijiet taʼ studju?

Ħafna nies iħallu bejn wieħed u ieħor siegħa fil-​ġimgħa biex jistudjaw il-​Bibbja. Imma t-​tul tal-​istudju hu flessibbli. Nadattawh biex jidħol fl-​iskeda tiegħek. Xi wħud jistudjaw għal 10 minuti jew kwarta kull ġimgħa.

Kemm jiswa flus il-kors?

Il-​kors u l-​materjali għall-​istudju huma b’xejn. Dan hu fi qbil mal-​istruzzjoni li Ġesù ta lid-​dixxipli tiegħu: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.”—Mattew 10:8.

Kemm idum sejjer il-kors?

It-​tul tal-​kors tal-​istudju jiddependi minnek. Il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? fih 19-​il lezzjoni.Tistaʼ tkopri kwalunkwe waħda jew kollha kemm huma b’pass komdu għalik.

kolli nsir Xhud taʼ Ġeħova?

Le. Bir-​rispett nagħrfu li kulħadd għandu d-​dritt jagħżel x’jemmen. Madankollu, dawk li jiksbu għarfien bażiku tal-​Bibbja jistgħu jagħżlu x’jemmnu għax ikunu informati.

 Minn fejn nistaʼ nġib iżjed informazzjoni?

Il-​Websajt jw.org/mt tipprovdi informazzjoni korretta dwar it-​twemmin u l-​attivitajiet tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Kif nistaʼ nitlob studju tal-Bibbja?

  • Agħmel rikjesta onlajn fuq www.jw.org/mt.

  •  
  • Ikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Ġeħova fejn toqgħod int. Tistaʼ tfittex taħt “Xhieda taʼ Ġeħova” f’xi direttorju tat-​telefown fl-​inħawi tiegħek.

^ par. 4 L-istudji tal-Bibbja ġeneralment isiru maʼ individwi jew gruppi żgħar taʼ nies.

^ par. 9 Pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Iktar minn 230 miljun kopja taʼ dan il-ktieb ġew stampati b’iżjed minn 260 lingwa.