Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

X’inhu Jum il-Ġudizzju?

Għala Jum il-Ġudizzju se jkun żmien taʼ ferħ?

Fi żminijiet Bibliċi, Alla uża mħallfin biex isalva l-​poplu tiegħu mill-​inġustizzja. (Imħallfin 2:18) Il-​Bibbja tiddeskrivi Jum il-​Ġudizzju fil-​futur bħala żmien taʼ ferħ meta Ġeħova, l-​Imħallef tad-​dinja kollha, se jsalva l-​bnedmin mill-​inġustizzja.—Aqra Salm 96:12, 13; Isaija 26:9.

Alla ħatar lil Ġesù biex jagħmel ġustizzja kemm mal-​ħajjin u kemm mal-​mejtin. (Atti 10:42; 17:31) Ħafna nies mietu mingħajr ma kienu jafu lil Alla. Matul Jum il-​Ġudizzju, Ġesù se jġib nies bħal dawn lura għall-​ħajja biex ikunu jistgħu jsiru jafu u jħobbu lill-​Alla l-​veru.—Aqra Atti 24:15.

Għala Jum il-Ġudizzju se jdum elf sena?

Il-​mejtin se jiġu rxoxtati matul l-​elf sena. (Rivelazzjoni 20:4, 12) Huma se jkollhom bżonn iż-​żmien biex jitgħallmu l-​mogħdijiet t’Alla u jobduh. Kuntrarju għal kif jaħsbuha ħafna nies, il-​Bibbja turi li n-​nies se jiġu ġġudikati skont dak li jagħmlu wara l-​irxoxt tagħhom.—Aqra Rumani 6:7.

Il-​Bibbja tiddeskrivi wkoll jum taʼ ġudizzju li se jiġri f’daqqa waħda qabel jibdew l-​elf sena. Dak il-​jum jissejjaħ ukoll it-​tmiem. F’dak il-​jum, Alla se jneħħi lin-​nies kollha li huma bla devozzjoni lejh u li huma mill-​agħar. (2 Pietru 3:7) Għalhekk, għandna nieħdu ħsieb biex nagħtu prova li nħobbu lil Alla.—Aqra t-​2 Pietru 3:9, 13.