Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Qatt se jkollna gvern wieħed għad-dinja kollha?

Kif jistaʼ gvern dinji jgħaqqad in-nies tal-ġnus kollha? Isaija 32:1, 17; 54:13

Immaġina kif gvern dinji jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għall-umanità. Illum ħafna nies ibatu għax huma foqra ħafna, waqt li oħrajn huma sinjuri ħafna. Imma gvern dinji li jagħder jistaʼ jiżgura li kulħadd ikollu dak li jeħtieġ. Taħseb li l-bnedmin xi darba joħolqu gvern bħal dan?—Aqra Ġeremija 10:23.

Matul l-istorja, il-gvernijiet naqsu li jieħdu ħsieb lis-sudditi tagħhom f’ħafna modi, speċjalment lill-foqra. Xi gvernijiet huma kattivi. (Ekkleżjasti 4:1; 8:9) Imma Alla li Jistaʼ Kollox wiegħed li se jipprovdi gvern li se jieħu post l-oħrajn kollha. Il-Mexxej taʼ dan il-gvern verament se jieħu ħsieb lin-nies.—Aqra Isaija 11:4; Danjel 2:44.

X’se twettaq is-Saltna t’Alla?

Alla Ġeħova għażel Mexxej dinji ideali—lil Ibnu, Ġesù. (Luqa 1:31-33) Bħala bniedem fuq l-art, Ġesù kien interessat f’li jgħin lin-nies. Bħala Sultan, hu se jgħaqqad lin-nies tal-ġnus kollha u jserraħhom mit-tbatija kollha.—Aqra Salm 72:8, 12-14.

Kulħadd se jaċċettah lil Ġesù bħala Mexxej? Le. Imma Ġeħova hu paċenzjuż. (2 Pietru 3:9) Hu qed jagħti l-opportunità lin-nies biex jaċċettaw lil Ġesù bħala Mexxej. Dalwaqt, Ġesù se jneħħi lin-nies ħżiena mid-dinja u jistabbilixxi paċi u sigurtà madwar id-dinja kollha.—Aqra Mikea 4:3, 4.