Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | TISTAʼ TKUN QRIB TAʼ ALLA

M’hemmx mod ta’ ħajja aħjar

M’hemmx mod ta’ ħajja aħjar

X’tistaʼ tagħmel biex tkun qrib taʼ Alla? Ikkunsidrajna l-passi li ġejjin u li tistaʼ tieħu biex tikkultiva relazzjoni mill-qrib miegħu:

  1. Kun af u uża l-isem taʼ Alla, Ġeħova

  2. Ikkomunika miegħu regolarment billi titlob u tistudja l-Kelma tiegħu, il-Bibbja

  3. Kontinwament agħmel dak li jogħġob lil Ġeħova

Ersaq qrib lejn Alla billi tuża ismu, titlob lilu, tistudja l-Kelma tiegħu, u tagħmel dak li jogħġob lilu

Skont dawn il-prinċipji, taħseb li qed tagħmel dak li hu meħtieġ biex tersaq qrib lejn Alla? Hemm fejn tħoss li tistaʼ titjieb? Ngħiduha kif inhi, hemm bżonn taʼ sforz, imma qis ir-riżultati.

“Kull sforz li tagħmel biex tiżviluppa relazzjoni mill-qrib m’Alla hu worth it,” tgħid Jennifer, fl-Istati Uniti. “Din ir-relazzjoni ġġib magħha bosta barkiet: iżjed fiduċja f’Alla, fehma aħjar tal-personalità tiegħu, imma l-iżjed, iktar imħabba. M’hemmx mod taʼ ħajja aħjar!”

Jekk int tixtieq tgawdi relazzjoni mill-qrib m’Alla, ix-Xhieda taʼ Ġeħova se jieħdu pjaċir jgħinuk. Huma jistgħu jirranġaw biex jistudjaw il-Bibbja miegħek b’xejn. Ukoll, int mistieden tattendi l-laqgħat Bibliċi tagħhom fis-Sala tas-Saltna lokali, fejn se tgawdi l-assoċjazzjoni taʼ dawk li jgħożżu r-relazzjoni tagħhom m’Alla. * Hekk kif tagħmel dan, int ukoll se tħossok bħas-salmista, li qal: “Min-naħa tiegħi, li nersaq qrib Alla huwa tajjeb għalija.”—Salm 73:28.

^ par. 9 Biex titlob studju tal-Bibbja jew biex issib Sala tas-Saltna fl-inħawi tiegħek, jekk jogħġbok tkellem mal-persuna li ġabitlek din ir-rivista jew żur il-Websajt tagħna, www.jw.org/mt, u kklikkja fuq it-titlu IKKUNTATTJANA fin-naħa t’isfel tal-paġna.