Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | ALLA INTERESSAT FIK?

Alla qiegħed iħarsek

Alla qiegħed iħarsek

“Għajnejh huma fuq l-​imġiba tal-​bniedem, u l-​passi kollha tiegħu jara.”—ĠOB 34:21.

Iżgħar ma tkun it-tarbija, iktar ikollha bżonn l-attenzjoni bi mħabba tal-ġenituri tagħha

GĦALA HEMM MIN JIDDUBITA: Skont studju reċenti, il-​galassja tagħna biss jistaʼ jkun fiha mill-​inqas 100 biljun pjaneta. Ladarba l-​univers hu immens, ħafna nies jistaqsu, ‘Il-​Ħallieq li jistaʼ kollox għala għandu joqgħod josserva dak li jagħmlu sempliċi bnedmin fuq pjaneta ċkejkna?’

X’TGĦALLEM IL-​KELMA T’ALLA: Alla mhux sempliċement tana l-​Bibbja u mbagħad tilef l-​interess fina. Pjuttost, Ġeħova jaċċertana: “Se nagħtik pariri u nżomm għajnejja fuqek.”—Salm 32:8.

Ikkunsidra lil Ħagar, mara Eġizzjana li għexet fis-​seklu 20 QK. Ħagar uriet diżrispett lejn min kien iħaddimha, Saraj, għalhekk Saraj umiljatha, u Ħagar ħarbet lejn ix-​xagħri. Issa li Ħagar żbaljat, tilef l-​interess fiha Alla? Il-​Bibbja tgħid: “L-​anġlu taʼ Ġeħova sabha.” Dak l-​anġlu assigura lil Ħagar billi qalilha: “Ġeħova semaʼ bis-​sofferenza tiegħek.” Ħagar imbagħad qalet lil Ġeħova: “Int Alla li jara.”—Ġenesi 16:4-​13.

L-​“Alla li jara” jgħasses fuqek ukoll. Biex nagħtu eżempju: Omm bi mħabba tgħasses speċjalment fuq uliedha żgħar, ladarba iżgħar ma tkun it-​tarbija, iktar ikollha bżonn l-​attenzjoni tal-​ġenituri tagħha. Bl-​istess mod, Alla jgħasses speċjalment fuqna meta nkunu dipressi u vulnerabbli. “Fl-​għoli u fil-​post qaddis ngħammar jien,” jgħid Ġeħova, imma wkoll “flimkien maʼcheck l-​imfarrak u dak bi spirtu umli, biex inqajjem mill-​ġdid l-​ispirtu taʼ l-​umli u nqajjem mill-​ġdid qalb l-​imfarrkin.”—Isaija 57:15.

Minkejja dan, għandu mnejn taħseb: ‘Alla kif jgħasses fuqi? Jiġġudikani skont l-​apparenza tiegħi, jew jara x’hemm fil-​qalb u verament jifhem min jien?’