Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | ALLA INTERESSAT FIK?

Alla jrid li jersaq qrib tiegħek

Alla jrid li jersaq qrib tiegħek

“Ebda bniedem ma jistaʼ jiġi għandi jekk ma jiġbdux il-​Missier li bagħatni.”—ĠWANNI 6:44.

GĦALA HEMM MIN JIDDUBITA: Ħafna nies li jemmnu f’Alla jħossuhom imbegħdin minnu. “Jien kont narah biss bħala l-​Alla li ħalaq kollox,” tgħid Christina, mara mill-​Irlanda li kienet tmur il-​knisja kull ġimgħa. “Imma ma kontx nafu. Lanqas darba waħda ma ħassejtni qribu.”

X’TGĦALLEM IL-​KELMA T’ALLA: Meta nħossuna qisna ras maqtugħa, Ġeħova ma jaqtax qalbu minna. Biex juri kemm Alla jieħu ħsiebna, Ġesù qal: “Jekk raġel ikollu mitt nagħġa u tintilef waħda minnhom, ma jħallix hu lid-​disgħa u disgħin fuq il-​muntanji u jitlaq ifittex lil dik li ntilfitlu?” It-​tagħlima? “Bl-​istess mod, Missieri li hu fis-​sema ma jridx li jinqered wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin.”—Mattew 18:12-​14.

Kull wieħed “minn dawn iċ-​ċkejknin” hu prezzjuż għal Alla. Alla kif “ifittex lil dik li ntilfitlu”? Skont l-​iskrittura kkwotata fil-​bidu, Ġeħova jiġbed lin-​nies lejh.

Min illum imur għand in-nies f’darhom u fil-postijiet pubbliċi biex jaqsam il-messaġġ tal-Bibbja dwar Alla?

Ikkunsidra kif Alla ħa l-​inizjattiva biex jiġbed lejh individwi sinċieri. Fl-​ewwel seklu WK, Alla bagħat lid-​dixxiplu Kristjan Filippu biex jiltaqaʼ maʼcheck uffiċjal Etjopjan u jiddiskuti t-​tifsir taʼ profezija Biblika li dan kien qed jaqra. (Atti 8:26-​39) Iktar tard, Alla dderieġa lill-​appostlu Pietru jmur id-​dar taʼ uffiċjal Ruman jismu Kornelju, li kien qed jitlob u jistinka biex iqim lil Alla. (Atti 10:1-​48) Ukoll, Alla ggwida lill-​appostlu Pawlu u lil sħabu lejn xmara barra l-​belt taʼ Filippi. Hemmhekk, iltaqgħu maʼcheck “aduratriċi t’Alla” jisimha Lidja, u “Ġeħova fetħilha qalbha beraħ biex taċċetta dak li kien qed jgħid Pawlu.”—Atti 16:9-​15.

F’kull każ, Ġeħova għamel ċert li dawk li kienu qed ifittxuh kellhom opportunità li jsiru jafuh. Min illum imur għand in-​nies f’darhom u fil-​postijiet pubbliċi biex jaqsam il-​messaġġ tal-​Bibbja dwar Alla? Ħafna jwieġbu “x-​Xhieda taʼ Ġeħova.” Saqsi lilek innifsek: ‘Jistaʼ jkun li Alla qed juża lilhom biex jiġbidni lejh?’ Inħeġġuk titlob lil Alla biex jgħinek twieġeb għall-​isforzi tiegħu biex jiġbdek lejh. *

^ par. 8 Għal iktar informazzjoni, ara l-​vidjowGħala għandek tistudja l-​Bibbja? fuq www.jw.org/mt