Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Għala għandna nitolbu?

Alla Ġeħova jridna nkellmuh bil-libertà regolarment dwar dak li jikkonċernana. (Luqa 18:1-7) Hu jismaʼ għax hu interessat fina. Ladarba Missierna tas-sema b’qalb tajba jistidinna nitolbuh, għala m’għandniex nilqgħu l-istedina tiegħu?—Aqra Filippin 4:6.

It-talb mhux sempliċement mod kif nitolbu għall-għajnuna. Pjuttost, it-talb jgħinna nersqu qrib lejn Alla. (Salm 8:3, 4) Meta regolarment nesprimu s-sentimenti tagħna m’Alla, aħna niżviluppaw ħbiberija eqreb miegħu.—Aqra Ġakbu 4:8.

Kif għandna nitolbu?

Meta nitolbu, Alla ma jridniex nużaw kliem li jimpressjona jew nirripetu talb bl-amment. Lanqas mhu meħtieġ li noqogħdu f’xi pożizzjoni speċjali. Ġeħova jistidinna nitolbu mill-qalb. (Mattew 6:7) Pereżempju, f’Iżrael tal-qedem, Ħanna talbet dwar problema fil-familja li kienet qed tinkwetaha. Iktar tard, meta d-diqa tagħha nbidlet f’ferħ, hi rringrazzjat lil Alla b’talb mill-qalb.—Aqra l-1 Samwel 1:10, 12, 13, 26, 27; 2:1.

Xi privileġġ mill-isbaħ għandna! Aħna nistgħu navviċinaw lill-Ħallieq b’kulma jinkwetana. Nistgħu wkoll infaħħruh u nirringrazzjawh għal dak li jagħmel. Ċertament, m’għandniex nittraskuraw privileġġ prezzjuż bħal dan.—Aqra Salm 145:14-16.