Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI 1 JISTA XI ĦADD JARA X’HEMM FIL-FUTUR?

It-tbassir—Iżjed ifalli milli jseħħ!

It-tbassir—Iżjed ifalli milli jseħħ!

Tixtieq tkun taf il-​futur tiegħek? Din l-​idea tingħoġob ħafna. Hemm bosta nies li jbassru ġrajjiet li għadhom ġejjin. Ikkunsidra dawn:

  • IX-​XJENTISTI jużaw apparat sofistikat u jonfqu flejjes kbar biex ibassru affarijiet varji, bħal kif it-​tinġis eventwalment se jeffettwa lid-​dinja u jekk għada hix se tagħmel xita fl-​inħawi tiegħek.

  • XI ANALISTI PROFESSJONALI jbassru xejriet fin-​negozju u l-​politika. Warren Buffett, wieħed mill-​iktar nies sinjuri fid-​dinja, ġie msejjaħ oraklu minħabba s-​suċċess li kellu fl-​investimenti tan-​negozju. Nate Silver, analista ieħor, bassar dwar kollox, minn politika fl-​Amerika sa premjijiet tal-​films f’Hollywood billi interpreta l-​istatistiki.

  • SORSI TAL-​QEDEM ġew interpretati bħala profeziji. Hemm xi wħud li jaraw twettiq modern fil-​kitbiet vagi taʼ Michel de Notredame (Nostradamus) tas-​seklu 16. Ċiklu taʼ kalendarju tal-​Maja li spiċċa fil-​21 taʼ Diċembru 2012 ġie interpretat minn xi wħud bħala sinjal taʼ ġrajjiet katakliżmiċi.

  • XI MEXXEJJA RELIĠJUŻI kultant ibassru ġrajjiet dinjin traġiċi biex javżaw lill-​umanità u jiġbru segwaċi għal warajhom. Harold Camping, il-​profeta taʼ jum il-​kundanna, u d-​dixxipli tiegħu xandru li d-​dinja kienet se tinqered fl-​2011. M’għandniex għalfejn ngħidu, id-​dinja għadha hawn.

  • IL-​PSIKIĊI jsostnu li għandhom l-​abbiltajiet speċjali biex ibassru l-​futur. Kemm Edgar Cayce u kemm Jeane Dixon għamlu xi tbassir eżatt dwar ġrajjiet fis-​seklu 20. It-​tnejn li huma għamlu ħafna tbassir żbaljat ukoll. Pereżempju, Dixon bassret li t-​Tielet Gwerra Dinjija kienet se tfaqqaʼ fl-​1958. U Cayce bassar li New York kienet se tegħreq fl-​oċean f’nofs is-​snin 70.

Hemm xi mod li tistaʼ tafdah u li bih tistaʼ tara l-​futur? Din mistoqsija tajba. Li kieku stajt tara ġrajjiet li għadhom ġejjin, ħajtek setgħet tkun differenti ferm.