Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

X’se jagħmel Ġesù fil-futur?

Fis-sena 33 WK, Ġesù miet, qam mill-mewt, u telaʼ s-sema. Ħafna iktar tard, Ġesù ngħata awtorità biex jaħkem bħala Sultan. (Danjel 7:13, 14) Fil-futur, Ġesù se jieħu azzjoni bħala Sultan biex jistabbilixxi l-paċi mad-dinja u jelimina l-faqar.—Aqra Salm 72:7, 8, 13.

Bħala Sultan, Ġesù se jnaddaf l-art mill-ħażen

Ġesù se jagħmel affarijiet tal-għaġeb bħala l-Ħakkiem tal-umanità. Hu se juża l-qawwa li tah il-Missier biex jerġaʼ jġib il-bnedmin għall-perfezzjoni. Huma se jgawdu l-ħajja fuq l-art mingħajr qatt ma jixjieħu u jmutu.—Aqra Ġwanni 5:26-29; 1 Korintin 15:25, 26.

X’inhu jagħmel Ġesù issa?

Ġesù issa qed jidderieġi x-xogħol tas-segwaċi veri tiegħu f’li jippritkaw madwar id-dinja. Huma jżuru lin-nies biex juruhom x’tgħid il-Bibbja dwar is-Saltna t’Alla. Ġesù qal li kien se jibqaʼ jappoġġa x-xogħol tad-dixxipli tiegħu sakemm is-Saltna t’Alla ġġib fi tmiem il-gvernijiet tal-bnedmin.—Aqra Mattew 24:14; 28:19, 20.

Permezz tal-kongregazzjoni Kristjana vera, Ġesù qed jiggwida lin-nies għal ħajja aħjar. Hu se jkompli jiggwidahom għal ġo dinja ġdida mwiegħda minn Alla meta tinqered is-sistema preżenti.—Aqra t-2 Pietru 3:7, 13; Rivelazzjoni 7:17.