Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI: | X’għamel Alla għalik?

Okkażjoni li m’għandekx titlef

Okkażjoni li m’għandekx titlef

Fil-lejl qabel ma ta ħajtu, Ġesù qal lis-segwaċi leali tiegħu biex jiftakru, jew jikkommemoraw, is-sagrifiċċju tiegħu. Hu uża l-ħobż bla ħmira u l-inbid aħmar li kellhom quddiemhom u waqqaf dik li ġiet imsejħa l-Aħħar Ċena jew l-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej u kkmanda: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”—Luqa 22:19.

Kull sena, ix-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja jinġabru biex jikkommemoraw il-mewt taʼ Ġesù fl-anniversarju tagħha. Fl-2014, it-Tifkira taħbat it-Tnejn, 14 t’April, wara nżul ix-xemx.

Int kordjalment mistieden tattendi din il-laqgħa, li matulha se tiġi ppreżentata iktar informazzjoni dwar is-sinifikat tal-mewt taʼ Ġesù bħala sagrifiċċju. L-attendenza għal dan l-avveniment hi b’xejn. Ma jsirx ġbir. Il-persuna li tatek din ir-rivista tistaʼ tgħidlek il-ħin u l-post tat-Tifkira li se ssir fl-inħawi tiegħek, jew inkella tistaʼ żżur il-Websajt tagħna, jw.org/mt. Jekk jogħġbok ħu nota taʼ din l-okkażjoni li nisperaw li ma titlifx.