Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

X’tip taʼ persuna hu Alla?

Alla hu persuna spirtu inviżibbli. Hu ħalaq is-smewwiet, l-art, u l-ħlejjaq ħajjin kollha. Ħadd ma ħalaq lil Alla—hu ma kellux bidu. (Salm 90:2) Alla jrid li n-nies ifittxuh u jsiru jafu l-verità dwaru.—Aqra Atti 17:24-27.

Alla hu persuna li nistgħu nsiru nafuh b’ismu. Nistgħu nagħrfu ftit mill-kwalitajiet tiegħu billi nikkunsidraw l-affarijiet li għamel. (Rumani 1:20) Imma biex insiru nafu sew lil Alla, jeħtieġ li nistudjaw il-Kelma tiegħu, il-Bibbja. Din turina kemm għandu mħabba Alla.—Aqra Salm 103:7-10.

Alla kif iħossu dwar l-inġustizzja?

Il-Ħallieq tagħna, Ġeħova, jobgħodha l-inġustizzja. Hu ħalaq lill-bnedmin fix-xbieha tiegħu. (Dewteronomju 25:16) Huwa għalhekk li l-biċċa l-kbira minna nobogħdu l-inġustizzja. Alla mhuwiex il-kaġun tal-inġustizzji taʼ madwarna. Alla ta lill-bniedem ir-rieda ħielsa. B’dispjaċir, ħafna nies jużaw ħażin ir-rieda ħielsa tagħhom u jwettqu l-inġustizzji. Ġeħova jħossu mweġġaʼ f’qalbu.—Aqra Ġenesi 6:5, 6; Dewteronomju 32:4, 5.

Ġeħova jħobb il-ġustizzja, u mhux se jittollera l-inġustizzja għal dejjem. (Salm 37:28, 29) Il-Bibbja twiegħed li Alla dalwaqt se jtemm l-inġustizzja kollha.—Aqra t-2 Pietru 3:7-9, 13.

Il-Bibbja twiegħed li Alla dalwaqt se jipprovdi ġustizzja għal kulħadd