Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Kristu għalfejn se jerġaʼ jiġi?

Qabel ma telaʼ s-sema fis-sena 33 W.K., Ġesù Kristu wiegħed li se jerġaʼ jiġi. Hu xebbah lilu nnifsu maʼ raġel nobbli li telaq għal żmien twil u rritorna b’qawwa biex jaħkem bħala sultan. L-iskop li Ġesù jerġaʼ jiġi hu biex jipprovdi gvern tajjeb għall-umanità.—Aqra Luqa 19:11, 12.

Ġesù se jġib gvern tajjeb għall-bnedmin

B’liema ġisem jerġaʼ jiġi Ġesù? Hu ġie rxoxtat bħala persuna spirtu inviżibbli. (1 Pietru 3:18) Imbagħad, telaʼ s-sema u qagħad fuq il-leminija t’Alla. (Salm 110:1) Ħafna iktar tard, Ġesù nġieb quddiem Alla Ġeħova, “ix-Xiħ fil-Jiem,” li ta lil Ġesù l-qawwa li jaħkem fuq l-umanità. Għalhekk, Ġesù mhux bħala bniedem jerġaʼ jiġi imma bħala Sultan inviżibbli.—Aqra Danjel 7:13, 14.

X’se jagħmel Ġesù la jasal?

Meta Ġesù jasal b’mod inviżibbli mal-anġli tiegħu, hu se jiġġudika lill-umanità. Hu se jeqred lin-nies mill-agħar imma jagħti ħajja taʼ dejjem lil dawk li jaċċettawh bħala Sultan.—Aqra Mattew 25:31-33, 46.

Il-ħakma taʼ Ġesù bħala Sultan se tbiddel l-art f’ġenna. Hu se jqajjem il-mejtin sabiex huma jkunu jistgħu jgawdu l-ħajja f’dik il-Ġenna tal-art.—Aqra Luqa 23:42, 43.