Min se jmur fis-sema, u għala?

Miljuni taʼ nies jixxennqu għall-ħajja fis-sema. Ġesù qal li l-appostli leali tiegħu kienu se jgħixu hemmhekk. Qabel ma miet, hu wiegħed li jħejjilhom post maʼ Missieru tas-sema.—Aqra Ġwanni 14:2.

Nies li għexu fuq l-art għala jiġu rxoxtati għall-ħajja fis-sema? X’se jagħmlu hemmhekk? Ġesù qal lill-appostli tiegħu li kienu se jkunu slaten. Se jaħkmu għal fuq l-art.—Aqra Luqa 22:28-30; Rivelazzjoni 5:10.

In-nies tajbin kollha jmorru fis-sema?

Fil-maġġoranza tal-pajjiżi, ftit biss min-nies ikunu ħakkiema. Ladarba Ġesù jirxoxta lin-nies għall-ħajja fis-sema sabiex ikunu jistgħu jaħkmu għal fuq l-art, tippretendi li dawk li ntgħażlu jkunu ftit. (Luqa 12:32) Il-Bibbja tgħid eżatt kemm nies se jaħkmu maʼ Ġesù.—Aqra Rivelazzjoni 14:1.

Ġesù ħejja postijiet fis-sema għal xi wħud mis-segwaċi tiegħu. Taf dawn x’se jagħmlu hemmhekk?

Dawk li jmorru fis-sema mhux se jkunu l-uniċi wħud li jiġu premjati. Sudditi leali tas-Saltna taʼ Ġesù se jgawdu ħajja mingħajr tmiem f’ġenna restawrata fuq l-art. (Ġwanni 3:16) Xi wħud se jidħlu fil-Ġenna tal-Art billi jsalvaw mill-qerda tas-sistema mill-agħar preżenti. Oħrajn se jidħlu fiha permezz taʼ rxoxt.—Aqra Salm 37:29; Ġwanni 5:28, 29.